Ivan J.Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo sostna fil-parlament li l-pajjiż jeħtieġ mudell ekonomiku ġdid diversfikat b’investiment f’diversi pilastri.
Ivan Bartolo qal li dan mhux żmien ta’ profitti u n-negozji qed jaraw kif ma jagħmlux telf. L-edukazzjoni għandha tkun orjentata lejn l-industrija, sostna Ivan J.Bartolo, li kompla li l-implimentazzjoni għandha tkun waħda effettiva biex jibbenefikaw in-negozji Maltin. Hu tkellem fuq l-importanza tal-bidla fil-mentalità u l-introduzzjoni ta’ kultura ta’ titjib kontinwu.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li għad hawn ħafna negozji li ma jagħmlu rapport finanzjaru kull xahar u jgħaddu l-karti kollha lill-accountants. Hu qal li mill-MBR jirriżulta li hemm 107 każi ta’ insolvenza; hawn madwar 10 kumpaniji fis-sena li qed jgħaddu minn dwn il-proċeduri.
Irid ikun ikkunsidrat kemm huma impjegati nies f’dan il-kumpaniji, min huma l-kumpaniji li għandhom jieħdu u l-effetti fuq il-banek Maltin. Jeħtieġ li l-pajjiż ikun iktar proattiv biex il-kumpanija ma jgħaddux minn din is-sitwazzjoni, sostna id-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-implimentazzjoni proattiva hi element essenzjali.
Ivan J.Bartolo tkellem dwar l-awdituri finanzjarji u qal li dawn għandhom jindikaw lill-awtoritajiet jekk in-negozju in kwistjoni għandux bżonn azzjoni. Dan biex tingħata l-għajnuna neċessarja.
Hu kompla li l-gvern għandu jipprovdi għodda addizzjonali minbarra l-liġi fosthom bi strumenti finanzjari li jappoġġaw fil-perjodu diffiċli u li jinħoloq skills bank magħmul min-nies mhux imjegati full-time li bl-esperjenza jiggwidaw liż-żgħażagħ fi strat-ups.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Minitru tal-Finanzi issa kkonferma li l-mudell ekonomiku għandu bżonn jingħata ħajja ġdida. Il-gvern għandu joħloq proċess ta’ diversifikazzjoni billi tinħoloq strateġija b’investiment fl-industriji kurrenti, fl-istart-ups, fil-ħiliet ġodda għall-ħaddiema u f’industriji ġodda.
//= $special ?>

