Tmien plejers Maltin waslu mal-aħħar 64 fil-kompetizzjoni individwali tal-Kampjonat tad-Dinja li qed isir fi Franza b’erbgħa minnhom jagħmluha għar-rawnd li jmiss filwaqt li l-oħrajn sfortunatament kienu eliminati. Johan Attard, Owen Amato, Mevric Zammit u Clevion Micallef kienu l-plejers li għaddew mal-aħħar 32 filwaqt li Clint Grima, Marco Debono, Dejan Grech u Michel Curmi kienu eliminati.
Fil-kategorija tat-timijiet ta’ taħt it-18-il sena il-Maltin għelbu lill-Iskozja 15-10 biex issa jinsabu t-tieni post, punt taħt l-Ingilterra meta fadal erba’ logħbiet qabel in-Knock Out.
Illum imiss li jintlagħab il-logħob mill-fażi tal-aħħar 32 tal-irġiel u tas-seniors kif ukoll mill-kategorija ta’ taħt it-18-il sena.
//= $special ?>