Għal kull minuta li tintilef mingħajr ma jingħata xokk mid-defibrillator iċ-ċans li persuna tgħix jonqos b’7%…għalhekk huwa ta’ importanza kbira li l-Automated External Defibrillator (AED) ikun aċċessibbli u faċli biex issibu.
Dan saħqu l-Malta Resuscitation Council b’reazzjoni għal dak li seħħ it-Tnejn filgħaxija fil-kumpless tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi…fejn sfortuntament żagħżugħ ta’ 22 sena tilef ħajtu wara li allegatament sofra minn attakk tal-qalb waqt li kien qiegħed jilgħab partita futbol.
Il-Kunsill irrakkomanda li kull entità li se tinstalla AED fil-proprjetà privata tagħha għandha tiżgura li jkun aċċessibbli faċilment għall-pubbliku, u jkun hemm sinjali adegwati ta’ fejn jistgħu jillokalizzawh.
Dan filwaqt li ġie spjegat li min diġà għandu, għandu jiżgura li huwa aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-Kunsill appella lil kulħadd sabiex jitħarġu kif jagħtu l-ewwel għajnuna, partikolarment CPR. Dan għaliex, kompla il-kunsill, taf verament tagħmel id-differenza bejn ħajja u mewt.
//= $special ?>