Il-Pulizija fl-Istat ta’ Kerala arrestaw tliet persuni li allegatament qatlu żewġ nisa f’każ suspettat bħala ritwal għall-offerti tas-sagrifiċċji umani.
Il-fdalijiet tan-nisa, li l-omiċidji tagħhom, allegatament, seħħew xhur ‘il bogħod minn xulxin, instabu biss xi sigħat ilu, bil-pulizija qed tgħid li l-arrestati — koppja u raġel — kienu ttorturaw lill-vittmi bl-aktar mod kattiv qabel qatluhom.
L-istess pulizija tennew li t-tlieta, issa, ammettew għar-reat u li dan il-każ makabru qed ikun suġġett għal investigazzjoni bir-reqqa. L-imputati ma qalu xejn dwar l-allegazzjonijiet peress li jinsabu fil-kustodju tal-pulizija.
L-allegat każ ta’ sagrifiċċji umani qed jingħata prominenza kbira mill-media lokali fost ix-xokk qawwi tar-residenti f’Kerala – li hi fost l-aktar Stati progressivi tal-Indja.
//= $special ?>

