Ivan J. Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal fil-parlament li analiżi komplitata min-Numbeo, li hi l-akbar databse li tanalizza l-kwalità tal-ħajja, tistabilixxi li Malta tinsab fost l-aħħar pajjiżi fl-indiċi dwar il-kwalità tal-ħajja.
Fil-fatt Malta klassifikat fil-35 post minn 36 pajjiż, bir-Russja klassifikata fl-aħħar post u l-Iżvizzera fl-ewwel. F’dan l-analiżi Malta kienet analizzata flimkien ma’ Spanja, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Portugall, l-Italja, il-Bosnja, il-Greċja, is-Serbja u l-Maċedonja. B’mod ġenerali fl-indiċi dwar il-kwalità tal-ħajja Spanja kienet klassifikata fl-ewwel post waqt li Malta fl-aħaħ post
Ivan J.Bartolo spjega li dan l-indiċi iffoka fuq diversi aspetti fosthom is-saħħa tal-konsumatur fix-xiri, il-kura tas-saħħa, l-għoli tal-ħajja, il-prezz tal-propjetà komparat mal-pagi, it–tniġġiż, it-traffiku u l-klima.
Id-deputat Nazzjonalista qal li r-rapport jippovdi ħarsa ġenerali fuq l-Ewropa fejn Malta kienet klassifikati ma’ 10 pajjiżi u li magħhom Malta kienet klassfikata fl-10 post. Malta tinsab l-aħħar; irridu naraw għaliex, sostna Ivna J.Bartolo.
Mill-analiżi jirriżulta li Malta tinsab fis-sitt post tal-purchasing power, fis-seba’ post fis-sigurtà, fid-disa’ post fl-għoli tal-ħajja, fis-seba’post fil-proporzjon tad-dħul fil-kuntest tal-prezz tal-propjetà, fis-sitt post fil-ħin li l-pubbluku jgħaddi fit-traffiku u fl-10 fit-tniġġiż.
B’mod ġenerali mill-pajjiżi kollha fl-analiżi, Malta tikklassifika qabel ta’ l-aħħar, warajha hemm biss ir-Russja. Għalhekk Malta mhix l-aqwa fid-dinja u għalhekk iż-żgħażagħ iridu jitilqu mill-pajjiż u m’għandhomx rispett lejn il-politika, sostna d-deputat Nazzjonalista.
Hu spjega li f’Malta r-realtà hi li l-anzjani qed jitolbu għajnuna biex jgħixu; bħall-familji biex jixtru propjetà. Għalhekk il-PN jitkellem dwar nuqqas ta’ kwalità tal-ħajjja fil-pajjiż. Il-kwalità tal-ħajja f’Malta hi fqira, sostna Ivan J. Bartolo, li appella biex Malta ssir l-aqwa għax il-poplu Malti jistħoqqlu aħjar.
//= $special ?>