Lokali Qorti

Sirjan mhux ħati li kkaġuna biża’ fuq bintu

Sirjan ta’ 61 sena residenti Ħal Qormi ma nstabx ħati mill-Maġistrat Astrid May Grima li f’Jannar tal-2019 kkaġuna biża’ fuq bintu liema biża tikkonsisti li kienet se tintuża vjolenza fil-konfront tagħha. Mohammed Nour Abdalla Aswid lanqas ma nstab ħati minħabba l-prosekuzzjoni ma rnexxielix tipprova l-każ tagħha li hedded u inġurja lil bintu.

Is-Supretendent Tervor Micallef li nvestiga l-każ qal fil-Qorti li fit-12 ta’ Jannar ta’ tliet snin ilu kien infurmat mis-Surġent li jaqa’ taħtu li t-tifla ta’ Aswid kienet għamlet rapport fejn qalet li missierha kien heddidha u għalhekk il-Pulizija marret tfittxu il-Ħamrun fejn instab jistaħba ma’ air conditioning unit u ġie arrestat.

Fil-każ xehedet Nicholette Debono li taġdem mas-servizzi tal-in call emergency ma’ l-Aġenzija Appoġġ, li marret tagħmel risk assesment fuq tfajla. Din it-tfajla qaltilha li missierha kien bagħtilha voice message fuq il-mobile fejn qalilha biex toqgħod attenta fejn timxi għax kien se jkun hemm in-nies isegwuha.

Hi qaltilhom li ma kinitx l-ewwel darba li missierha heddidha u kien ukoll abbuża sesswalmenrt u fiżikament u hi kienet għamlet ir-rapporti. Qalet ukoll li tibża’ ħafna minn missierha għax jasal.  It-tifla tal-akkużat kienet offruta wkoll shelter fejn toqgħod imma ma aċettatx għax togħqod mas-sieħba tagħha.

L-allegata vittma qalet ukoll li kienet  irċiviet messaġġ minn numru ta’ ommha fejn missierha heddidha u qalilha li kien se jneħħilha ħajjitha, joħroġilha l-imsaren jew jisparalha, qalet ukoll iżda li mhux hi semgħet dan il-messaġġ, u qalet ukoll li każ dwar abbuż sesswali fuqha minn missierha għadu għaddej u li peress li issa kienet għalqet it-18-il sena m’għadhiex taħt  care order. Dan kollu kienet qalitlu lil Nadya Totoungi li taħdem mal-Aġenzija Appoġġ.

Meta t-tifla xehedet fil-Qorti ħareġ li l-messaġġ mill-mobile ta’ ommha fejn instema leħen missierha kien jgħid għaliex ma kinitx qed tkellmu u f’recording ieħor missierha nstema’ jgħajjarha qaħba u beda jkellimha ħażin, u anke joffendi lis-sieħba tagħha,  tant beżgħet  li meta kienet timxi barra kienet il-ħin kollu tħares warajha.

Hija qalet ukoll waqt il-kontro-e’ami li kien hemm rapport minnha ta’ abbuż sesswali meta kellha biss disa’ snin u li hija qatt ma kellha relazzjoni tajba ma’ missierha, anke jekk kienet dejjem tittamna li jinbidel.  Fil-fatt kienet marret tgħix d-dar imma missierha baqa’ l-istess.

Qalet ukoll li missierha qatt ma naqasha mill-affarijiet materjali, imma qatt ma taha mħabba ta’ missier u li darba kien se jtajjarha bil-mutur u qalilha li jekk tiċċaqlaq jisparalha. Hi riedet il missierha jħoss ftit uġiegħ bħal ma ħasset hi u b’hekk għamlet ir-rapport mhux għax riedet teħles minnu jew tarah il-ħabs.

Il-kuntistabbli tal-Pulizija Graziella Formosa qalet li t-tifla meta marret tagħmel rapport l-Għassa qalet li kienet rċeviet recordings kollha kliem ħażin fuq whatsapp. Meta ġiet biex tagġti s-sentenza l-Qorti qalet li ħareġ li kien hemm messaġġi ta’ theddid u nġurja li ntbagħtu lit-tifla minn fuq il-mobile ta’ ommha bil-leħen ta’ missierha.

Fix-xhieda tagħha l-allegata vittma tkellmet dwar ir-relazzjoni ħażina li kellha ma’ missierha u li kien hemm erba’ recordings fejn l-aħħar tnejn kien fihom kliem ta’ xi reat. Il-Qorti ikkunsidrat il-fatt li l-mara tas-Sirjan ma rieditx tixhed kontra żewġha u dwar inġurji u theddid l-aħħar li jidher li kien hemm messaġġ kien qabel seħħ l-inċident u fil-fatt dan imur lura għal 2017.

Il-kliem li ngħad fl-2019 ma setax jiġi konfermat għax il-mobile qatt ma għadda għand l-espert inkarigat mill-Qorti bl-allegata vittma tgħid li dan il-mobike kien inkisrilha, iżda hi kienet għamlet recordings fuq CD li iżda qatt ma ġie preżentat fil-Qorti minkejja li l-istess Qorti tat diversi opportunitajiet lill-allegata vittma biex tagħmel dan.

Ikkunsidrat dan kollu l-akkużi miġjuba fil-konfront ta’  Mohammed Nour Abdalla Aswid ma ġewx ippruvati sal-grad mitlub mill-Liġi u għalhekk ġie lliberat. Għalih deheret l-avukat Veronica-Anne Spiteri.