L-Imħallef Christian Falzon Scerri ordna lill-Ispettur Pauline D’Amato mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni għar-Reati Finanzjarji biex tixhed dwar allegat struzzjonijiet minn naħa tal-Avukat Ġenerali biex ma jmexxux kontra uffiċjali għolja tal-Bank Pilatus is-sena li għaddiet. Fost dawk li allegatament kienet ħarġet ordni ma jiġux ipproċessati kien hemm is-sid tal-Bank Pilatus Ali Sadr Hasheminejad.
L-Imħallef Falzon Scerri ordna lill-Ispettur D’Amato biex tixhed u tesebixxi korrispondenza skambjata bejn id-dipartiment u l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg, dwar in-‘nolle prosequi’ (avviż legali jew reġistrazzjoni li l-prosekutur jew min jagħmel il-kawża jddeċiedi li jabbanduna l-prosekuzzjoni jew l-istess kawża) maħruġa mill-Avukat Ġenerali fi Frar 2021, favur Antoniella. Gauci u Mehmet Tasli.
L-ispettur ġiet ordnata wkoll tesebixxi kopji ta’ mandati ta’ arrest internazzjonali jew Ewropej maħruġa mill-Qrati tal-Maġistrati bejn Diċembru 2020 u Frar 2021, wara li ġiet konkluża l-inkjesta maġisterjali dwar il-Pilatus Bank li kienet intemmet madwar dak il-perjodu.
Id-digriet ingħata fil-każ imressaq kontra l-Avukat Ġenerali mill-NGO Repubblika. Jidher li f’Diċembru li għadda fost pressjoni mis-soċjetà ċivili dwar in-nuqqas ta’ akkużi kontra uffiċjali tal-Pilatus, uffiċjali għolja tal-pulizija fid-Dipartiment tal-Investigazzjoni tar-Reati Finanzjarji (FCID) kienu għamlu pressjoni fuq dawk li kienu qed jieħdu ħsieb dan il-każ biex isibu d-dokumenti tal-Mandati ta’ Arrest maħruġa kontra Mehmet Tasli u Antoniella Gauci li kienu nħarġu mill-maġistrat Ian Farrugia fi Frar tal-2021 – iżda li qatt ma kienu ntbagħtu lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi barra minn Malta.
Ġara iżda li l-prosekutur ma setax isib il-mandati inkwistjoni, li jidher li sparixxew. Rapporti kien żvelaw li l-mandati ta’ arrest kienu għadhom ma ġewx notifikati f’Jannar ta’ din is-sena. Dak l-istess xahar, l-uffiċjali għolja tal-FCID talbu li jerġgħu jinħarġu l-istess warrants, u dawn inħarġu kif dovut mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.
L-Imħallef ordna lil D’Amato biex tidher il-qorti x-xahar id-dieħel biex tixhed dwar l-isfond u l-kuntest wara t-talba għal Mandati ta’ Arrest internazzjonali u Ewropej li hija kienet ressqet quddiem il-maġistrat inkwirenti Ian Farrugia fi Frar 2021, iżda li qatt ma kienet intbagħtet lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi barra minn Malta. Iżda l-prosekutur ma setax isib il-mandati inkwistjoni, li jidher li kienu sparixxew.
Rapporti kienu jgħidiu li dawn il-mandati ta’ arrest kienu għadhom ma ġewx notifikati f’Jannar ta’ din is-sena. Dak l-istess xahar, l-uffiċjali għolja tal-FCID talbu li jerġgħu jinħarġu l-istess warrants, u dawn inħarġu kif suppost mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.
L-Imħallef ordna lil D’Amato biex tidher il-qorti x-xahar id-dieħel biex tixhed dwar l-isfond u l-kuntest wara t-talba għal Mandati ta’ Arrest internazzjonali u Ewropej li hija kienet ressqet quddiem il-maġistrat inkwirenti Ian Farrugia fi Frar 2021.
Il-Qorti ordnatilha tesebixxi kopji u biex jagħti rendikont dirett lill-qorti tal-azzjoni meħuda mill-FCID minn Diċembru 2020 sa Ġunju 2022, wara li ġiet konkluża l-inkjesta maġisterjali fil-Pilatus Bank. L-imħallef ordna wkoll li kopja tar-rikors u d-digriet.
L-NGO Repubblika, permezz tal-avukat tagħha Jason Azzopardi, qed jallega li l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg kienet ħarġet dik li hi magħrufa bħala ‘nolle prosequi’ li hija ordni biex ma ssirx prosekuzzjoni fil-konfront tas-sid tal-Bank Pilatus Ali Sadr Hasheminejad, il-kollaboratur tal-operat tiegħu Luis Rivera, id-direttur tal-bank Ghambari. Hamidreza u s-supervisor bankarju Mehmet Tasli.
F’Lulju li għadda, l-NGO Repubblika kienet fetħet proċeduri kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, fejn ippreżentat affidavits fil-qorti, fejn iddikjarat li Tasli kien xehed f’Ottubru tas-sena l-oħra f’każ separat u tħalla jitlaq minn Malta, minflok ma ġie arrestat bis-saħħa ta’ Mandati ta’ Arrest internazzjonali u Ewropej maħruġa kontrih mill-qrati Maltin.
Repubblika jgħidu li minn dakinhar, skoprew li fis-Sajf tas-sena l-oħra, l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg kienet ħarġet ‘nolle prosequi’, erba’ xhur biss wara li rċeviet l-inkjesta ta’ 600,000 paġna, li rrakkomandat li Gauci u Tasli jiġu mħarrka. L-Artikolu 569 tal-Kodiċi Kriminali jagħti lill-AĠ l-awtorità li jmur kontra r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-maġistrat inkwirenti u joħroġ ordni biex ma jitwettaqx prosekuzzjoni.
Sa ftit ilu, il-President ta’ Repubblika kien ikollu wkoll jiġi mgħarraf b’tali ordni, iżda dan ir-rekwiżit tneħħa mill-Kodiċi Kriminali sentejn ilu. Il-Bank Pilatus li issa ngħalqu kien ibbażat f’Ta’ Xbiex u inkjesta maġisterjali dwar l-operat tiegħu wasslet lill-pulizija biex akkużaw lill-bank innifsu u uffiċjal għoli wieħed Malti b’ħasil ta’ flus. Madankollu, s’issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni oħra kontra sid il-bank u uffiċjali għolja oħra.
//= $special ?>