Internazzjonali

Tmut l-attriċi Angela Lansbury

L-attriċi ta’ fama internazzjonali Angela Lansbury mietet fl-eta’ ta 96 sena.

Hija kienet magħrufa għall-karriera tagħha fix-xena ta’ ċinema, teatru kif ukoll fuq it-televiżjoni. Angela Lansbury magħrufa l-aktar għall-parti li kellha fis-serje Amerikan ‘Murder, She Wrote’ hekk kif tul il-karriera tagħha hija rebħet diversi awards.

Lansbury twieldet fl-1925 u kienet waħda mill-aħħar persuni tal-Golden Age taċ-ċinema f’Hollywood.

Il-qraba tagħha qalu li hija mietet ħamest ijiem biss qabel ma kellha tagħlaq 97 sena.