Mir-raba’ ġurnata tal-UEFA CHampions League F’Sammy Ofer Stadium, Maccabi Haifa għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-0. Riżultat sorpriża li iżda jikkonferma l-mument negattiv li għaddejjin minnu Juventus. Żewg gowls fl-ewwel taqsima minn Otzili kienu biżżejjed għal Maccabi biex jgħatu t-tielet telfa lil Juventus minn erba’ partiti milgħuba.
Wara biss seba’ minuti kienu Maccabi li marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Pierre Cornud kien Omer Otzili li għeleb lil Szczesny. Minkejja reazzjoni minn Juventus Joshua Cohen żamm l-iskor intatt b’Maccabi saħansitra jirduppjaw fit-42 minuta għal darb’oħra permezz ta’ Otzili li minn pass ta’ Frantzdy Pierrot għeleb mill-gdid lil Szczesny. 2-0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Riżultat li biħ intemmet wkoll il-partita b’Maccabi jiksbu l-ewwel rebħa fil-grupp.
Fi Grupp G, f’partita li ntlagħbet fil-Parken Stadion, FC Copenhagen u Manchester City spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls. Wara tlett rebħiet konsekuttivi, Manchester City barra minn darhom bi plejer anqas kellhom jikkuntentaw bi draw f’partita li kif żviluppat rriżultat difficli minn diversi aspetti . Partita movimentata f’mumenti nervuża kemm fil-pitch u kemm fost l-ispettaturi. Manchester City fetħu fuq l-offensiva tant li fil-11 il-minuta Rodri għeleb lil Grabara iżda l-gowl ma kienx ikkonvalidat bil-VAR Fit-22 minuta ir-referee Portugiż Artur Dias iġġudika li Nicolai Boiksen lagħab il-ballun b’idu. Saffar penalty. Taħ Riyad Mahrez iżda Kamil Grabara salva. Fit-30 minuta Dias kecca lil Sergio Gomez għal foul fuq Hakon Arnar Haraldsson b’Manchester City kostretti li jkomplu bi plejer anqas għal bqija tal-partita.
Chelsea kisbu rebħa faċli ta’ 2-0 fuq Milan f’San Siro, b’Milan jilagħbu għal aktar minn 70 minuta b’raġel inqas. Fit-18-il minuta tkeċċa għalihom l-Ingliż Fikayo Tomori għal foul fil-kaxxa fuq Mason Mount, fejn mill-ħdax-il metru inkariga ruħu Jorginho, li bil-kalma kollha ma żbaljax għal 1-0. Fl-34 minuta Chelsea rduppjaw meta Pierre Emerick Aubemayang approfitta fuq pass ta’ Mason Mount u xeħet fix-xibka fil-baxx għal 2-0.

Iċ-champions Real Madrid salvaw draw fl-aħħar sekondi tal-partita kontra Shaktar Donetsk għal skor ta’ 1-1. L-Ukreni fetħu l-iskor minuta wara l-ftuħ tat-tieni taqsima permezz ta’ Oleksandr Zubkov, qabel fil-ħin mogħti żejjed kien Antonio Rudiger, li xeħet fix-xibka minn pass ta’ Toni Kroos.
F’Parc des Princes, draw ta’ 1-1 għal PSG kontra Benfica. Il-Franċiżi fetħu l-iskor minn penalty ta’ Kylian Mbappe fl-40 minuta, qabel fi-62 minuta, mill-ħdax-il metru wkoll, kien Joao Mario li kiseb id-draw għal Benfica, biż-żewġ timijiet jibqgħu mhux megħluba f’din l-edizzjoni tac-Champions League.

Riżultati:
Milan 0-2 Chelsea
D. Zagreb 1-1 Salzburg
Celtic 0-2 Leipzig
S. Donetsk 1-1 R. Madrid
Copenhagen 0-0 Man City
B. Dortmund 1-1 Sevilla
M. Haifa 2-0 Juventus
PSG 1-1 Benfica
Illum:
Napoli vs Ajax
A. Madrid vs C. Brugge
Rangers vs Liverpool
B. Leverkusen vs Porto
Barcelona vs Inter
V. Plzen vs B. Munich
SPorting vs Marseille
Tottenham vs E. Frankfurt
//= $special ?>