Dalgħodu komplew l-attakki tar-Russi fuq għadd ta’ bliet Ukreni, inkluż il-kapitali Kiev. Għaċ-ċittadini ta’ din il-belt din hija r-raba’ għodwa li qamu għad-daqq tas-sireni u l-attakki mir-Russi.
L-aħħar rapporti qed jgħidu li wara l-attakki li seħħew f’suq f’Avdiivka, f’Donetsk hemm minn tal-anqas 7 persuni li tilfu ħajjithom, filwaqt li weġġgħu 8 persuni.
Fl-aħħar sigħat ġie mħabbar ukoll li kemm ir-Renju Unit u kif ukoll il-Ġermanja se jibqgħu jagħtu aktar għajnuna ta’ armi lill-Ukreni, bir-Renju Unit se tkun qed tibgħat għadd ta’ missili biex tipproteġi lilha nnifisha kontra l-attakki mill-ajru.
//= $special ?>