Sport Sport Ieħor

Handball – U20 IHF Trophy: Il-Bulgari b’saħħithom wisq għall-Maltin

Fi Pristina fil-Kosovo tkompliet il-kompetizzjoni tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Handball għat-timijiet Taħt l-20 sena. Partecipazzjoni ta’ ħdax il-pajjiż f’dik li hija magħrufa bħala l-IHF Europe Trophy. Wara li fil-partita tal-ftuħ, Malta għelbet lil Andorra 34-33 b’ gowl fl-aħħar sekondi, fit-tieni partita it-tim Malti safa’ megħlub mill-Bulgarija 38-25 . Minkejja d-distakk ta’ tlettax il-gowl it-tim Malti kien dejjem fil-partita bl-ewwel taqsima tintemm 22-11 għal Bulgarija.

It-tim Malti għal dan it-Tournament huwa magħmul minn : Jefferson Borg, Andrea Fenech Cesareo , Benjamin Joseph Spiteri , Carsten Karl Grech, Gianluca Vassallo Ciliberti, Isaac Vella , Jayden Mizzi , Julian Spiteri , Lizio Buhagiar, Matthew Buttigieg, Matthew Fenech, Matthias Galea, Neil Gruppetta u Ryan Mercieca.

Illum Malta tilgħab konra r-Renju Unit fl-16:00. Il-partita se tkun qed tintwera fil-link t’hawn taħt: