Fi Pristina l-Kosovo, it-tim Nazzjonali Malti tal-Handball ta’ taħt l-20 sena reġa’ kien fl-azzjoni fl-IHF Trophy Europe, kompetizzjoni tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Handball.
Fit-tielet konfront, Malta sfat megħluba mir-Renju Unit b’distakk ta’ ħdax -il gowl,19 – 30.
Kontra tim li huwa favorit li jirbaħ il-grupp, it-tim Malti għal ħinijiet twal qasam il-logħob mal-avversarji tant li l-ewwel taqsima ntemmet 9-15 għar-Renju Unit . Fl-ewwel partiti Malta għelbet lil Andorra 34-33 filwaqt li tilfet kontra Bulgarija 38-25. Kontra r-Renju Unit l-aħjar skorer tat-tim Malti kien Neil Gruppetta b’sitt gowls, Jayden Mizzi skorja erba’ gowls, Gianluca Vassallo Ciliberti u Lizio Buhagiar b’żewġ gowls kull wieħed filwaqt li skorjaw gowl kull wieħed Benjamin Joseph Spiteri, Andrea Fenech Cesareo , Isaac Vella , Julian Spiteri u Matthew Buttigieg .
Il-partita li jmiss għal Malta hija kontra Kosovo għada fis-18:00 u ser tintwera fil-link t’hawn taħt.