Fl-aħħar tliet snin, sena wara l-oħra, komplew jiżdiedu l-inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol.
Ċifri ppubblikati mill-NSO juru bejn l-2019 u l-2021 kien hemm 19-il ħaddiem li mietu waqt li kienu xogħol. Bl-istatistika turi li n-numri dejjem żdiedu minn sena għall-oħra.
Fil-fatt, fl-2019 il-fatalitajiet kienu tlieta, fl-2020 dawn telgħu għal sebgħa, filwaqt li s-sena l-oħra l-imwiet kienu disgħa – b’ħaddiem minnhom imut f’Għawdex.
Iċ-ċifri juru wkoll li anke meta wieħed jikkompara dawn in-numru mat-tliet snin ta’ qabel, ukoll kien hemm żieda.
L-istatistika kif miġbura mill-OHSA turi li 75 fil-mija tal-imwiet kienu kkaġunati minn feriti fir-ras, filwaqt li l-maġġoranza assoluta – 90 fil-mija – kienu traġedji li seħħew f’siti ta’ kostruzzjoni. Dawn kieku kważi kollha ħaddiema.
Il-vittmi li mietu fuq il-post tax-xogħol is-sena li għaddiet kienu kollha irġiel.
//= $special ?>