Sewwieq ta’ rota sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ ilbieraħ.
Għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija, il-Pulizija kienet infurmata mill-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei li raġel kien idaħħal permezz ta’ ambulanza minħabba xi ġrieħi li kien sofra f’inċident fi Vjal Kottoner, il-Fgura
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ aktar kmieni għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, bejn rota li kienet misjuqa minn raġel 41 sena residenti Raħal il-Ġdid, u vettura Toyota li ġo fiha kien hemm raġel ta’ 40 sena residenti il-Ħamrun.
Aktar tard ix-xufier tar-rota ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>