Tliet persuni ttieħdu l-Isptar wara li kienu involuti f’inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Dun Karm, l-Imsida.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Citroen Nemo misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti Santa Luċija, u Citroen C4 misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti s-Swieqi u li ġo fiha kien hemm ukoll passiġġier raġel ta’ 38 sena residenti l-Gudja.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u t-tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żewġt irġiel sofrew ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>