Il-pjanijiet għall-Air Malta huma tajbin biżżejjed biex issalva lill-linja nazzjonali tal-ajru? Kemm hi vijabbli li l-Air Malta tibqa’ tingħata aktar flus minn fondi pubbliċi?
Dawn huma domandi li saqsa l-editorjal tat-Times of Malta li ffoka fuq l-Air Malta u kif il-futur ta’ din il-linja kontinwament qed jibqa’ f’incertezza.
L-editorjal qal li min qiegħed imexxi u għandu f’idu l-Air Malta, il-Ministru Clyde Caruana u c-Chairman tal-Air Malta għandhom limitazzjoni fl-għarfien tagħhom fis-settur tal-avjazzjoni.
Meta f’Awwissu li għadda, kien mistoqsi minn ġurnalisti dwar is-sitwazzjoni fil-linja nazzjonali ta’ pajjizna…. il-Ministru Clyde Caruana kien qal li xejn ma mar ħażin.
…filwaqt li issa qed jghid illi ghandu file shih illi juri x’mar hazin fl-AirMalta – kontradizzjoni assoluta.
L-editorjal tat-Times jghid li għalissa qed nistennew l-pakkett finanzjarju li se jkun qed jingħata mill-Unjoni Ewropea għall-Air Malta, bl-editur jinsisti li l-futur tal-linja nazzjonali ghadu f’incertezza.
Il-Gvern minn naha tieghu ghadu ma jridx jikkonferma li sas-sena d-diehla hux se jzomm l-AirMalta topera jew le.
//= $special ?>