Sport

Blackball: Iż-żgħażagħ Maltin fis-semi finali

Fil-kampjonati tad-dinja tal-Blackball li qed isiru fi Franza il-Ħamis kienu mpenjati t-timijiet Maltin fejn it-tim tal-irġiel beda b’telfa ta’ 15-10 kontra l-Irlanda iżda mbad rebaħ lil Ċipru 18-6.

It-tim tas-Seniors lagħab kontra l-Marokk, f’konfront li kif juri r-riżultat kien wieħed missielet għall-aħħar u li spiċċa f’rebħa ta’ 13-12 għal Maltin. Wara din it-tim Malti lagħab kontra Wales u tilef bl-iskor ta’ 14-11.

Iż-żgħażagħ Maltin fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena għamluha għas-semi finali li se tintlagħab għada s-Sibt kontra Franza. Huma tilfu kontra l-Awstralja 14-11 iżda mbagħad għelbu l-qawwa ta’ Wales 15-10.