Andy Murray għeleb lill-Arġentin Pedro Cachin fil-Gijon Open il-Ħamis bl-iskor ta’ 2-6 7-5 7-6 (7-3). Murray beda l-konfront tiegħu kontra Cachin minn taħt hekk kif tilef l-ewwel set, madankollu l-eks numru wieħed tad-dinja rnexxielu jirkupra l-vantaġġ matul il-logħba.
L-aħħar tournament li kkompeta fih Murray kien il-Laver cup li saret f’Settembru li għadda, fejn inqala fit-tieni logħba tiegħu. B’din ir-rebħa l-plejer Ingliż għadda għal kwarti finali fejn ser jikkonfronta lil Sebastian Korda.
Il-logħba bejn Murray u Korda mistennija tintlagħab illum fis-19:00.
//= $special ?>