Wara li f’Ġunju li għadda kienu mħabbra l-100 plejer innominati għall-20 edizzjoni tal-Golden Boy Award, mogħti mill-ġurnal Taljan Tuttosport, issa din il-lista niżżlet għal 20 plejer.
L-aktar kampjonat rapreżentat f’din il-lista huwa l-Bundesliga Ġermaniż fejn insibu xejn inqas minn sitt plejers. Bayern Munich għandom tliet plejers, Ryan Gravenberch, Jamal Musala u Mathys Tel. Mill-Bundesliga wkoll insibu lil-plejers ta’ Borussa Dortmund Karim Adeyemi u Jude Bellingham kif ukoll lil pleyer ta’ Leipzig Josko Gvardiol.
Mill-La Liga Spanjola għamluha ħames plejers li huma Ansu Fati, Gavi u r-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni Pedri, it-tlieta li huma plejers ta’ Barcelona, Eduardo Camavinga ta’ Real Madrid u Nico Gonzalez ta’ Valencia.
Erba’ timijet bi plejer kull wieħed mis-Serie A Taljan ukoll jinsabu mal-aħħar 20. Dawn huma Fabio Miretti ta’ Juventus, Giorgio Scalvini ta’ Atalanta, Destiny Udogie ta’ Udinese u Nicola Zalewski ta’ Roma.
Mill-Premier League Ingliż żewġ plejers għamluha mal-aħħar 20 għal dan l-unur. Dawn huma l-Portugiż Fabio Carvalho ta’ Liverpool u l-plejer Internazzjonali Taljan Wilfried Glonto li dan l-istaġun ingħaqad ma’ Leeds United mingħand Udinese.
It-tliet plejers li fadal huma ġejjin minn tliet kampjonat differenti fl-Ewropa. Nuno Mendes ta’ Paris SG, Benjamin Sesko ta’ RB Salzburg u Antonio Silva ta’ Benfica.
Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni tal-unur tal-tal-aqwa plejer ta’ taħt il-21 sena se ssir fis-7 ta’ Novembru li ġej f’Turin.
//= $special ?>