Għawdex Lokali

Inċertezza għall-ħaddiema tal-Gozo Channel għax il-Gvern irid jipprivatizza l-kumpanija

Il-monopolju tal-Gozo Channel dalwaqt jista’ jintemm, hekk kif il-Gvern ikkonferma dak li qal il-Partit Nazzjonalista u se jilliberalizza kompletament it-trasport ta’ passiġġieri u merkanzija bejn Malta u Għawdex.

Dan ħareġ fi stqarrija tad-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u Ivan Castillo.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se joħroġ tender pubbliku, miftuħ għal kulħadd, għat-tħaddim tas-servizz tat-trasport li bħalissa qed tmexxi l-Gozo Channel. Qal li l-konċessjoni tal-Gozo Channel kellha tingħalaq fl-2017 u kkonferma li l-kumpanija preżenti tal-Gvern se tkun qed tressaq l-offerta tagħha biex iżżomm il-konċessjoni.

Fl-aħħar jiem kien il-Partit Nazzjonalista li żvela li hemm pjanijiet biex il-Gozo Channel tiġi pprivatizzata.
B’hekk, il-Prim Ministru stess giddeb lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, li kien minn tal-ewwel li ħareg jiċħad li hemm xi ħsieb dwar il-privatizzazzjoni tal-Gozo Channel.

Dan kollu jitfa’ ħafna incertezzi fuq min juża’ s-servizz tal-Gozo Channel u fuq min jaħdem mal-Gozo Channel