Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident bejn mutur u karozza

Raġel ta’ 42 sena residenti s-Swieqi weġġa gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.

L-inċident seħħ għal ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi Triq il-Pitkali, Ħ’Attard. Il-Pulizija marret immedjatament fil-post filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Iveco misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Imġarr, u mutur Yamaha, misjuq mill-vittma.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.