Lokali Qorti

Jibda l-ġuri tal-aħwa Degiorgio – iwieġbu mhux ħatja

Dalgħodu ingħata bidu għall-ġuri tal-aħwa Degiorgio, akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-ġuri qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Edwina Grima.

Qabel beda l-ġuri intghazlu il-ġurati, li huma erba’ nisa u ħamest irġiel. Apparti dawn il-ġurati, hemm nominati anke ħames sostituti.

18:00 L-aħwa Degiorgio jammettu li wettqu l-omiċidju

16:56; Mistennija żviluppi fil-ġuri – għalhekk dan id-dewmien

16:42 Xejn! Kulħadd jistenna

15:30 Il-ġuri dam ma beda fil-ħin wara nofs inhar fejn George Degiorgio ma waqafx ikellem lill-gwardjani tal-ħabs. Alfred beda jkellem lill-infermier li qed jieħu ħsiebu, fejn anke l-aħwa bdew qed jitkellmu bejniethom. Ġorġ kellu f’idu diversi folji tal-karti A4 mitwija f’idu.

13:00 Wara li temm l-indirizz tiegħu lill-ġurati d-Deputat Avukat Ġenerali, l-Imħallef Edwina Grima waqqfet il-ġuri għal ħin tal-ikel, liema ġuri mistenni jkompli fit-3.00pm.

12:00: Philip Galea Farrugia qal li l-esperti se jfiehmu fil-ġuri kif waslu biex splodew il-bomba u kif ippjanaw dan ir-reat. Tenna li jaqblu jew ma jaqblux ma’ l-istil tal-ġurnalista vittma, huwa żgur li ħadd m’għandu jispiċċa maqtul.

11.30: Hawn issa kien imiss lil lid-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia biex iressaq biex jagħmel l-introduzzjoni tiegħu għall-każ lill-ġurati fejn barra li talabhom biex isibu lill-aħwa Degiorgio ħatja tal-akkużi kollha kontrihom qalilhom li mill-provi li se jisimgħu waqt il-ġuri se jikkonvinċu ruħhom li kienu huma li qatlu lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

11.41am – Is-seduta se tiġi sospiża għal ftit minuti.

11.30am – L-Imħallef tkompli tisjega x’se jkun qed jiġri fil-Qorti u l-persuni kollha li se jkunu preżenti fl-Awla matul dan il-ġuri. L-aħħar kelma ta’ kull seduta tkun dejjem tal-akkużati.

11.15am – L-Imħallef Edwina Grima tispjega lill-ġurati l-proċess ta’ dan il-ġuri.

11.12am – L-Imħallef avżat lill-ġurati li l-aħwa Degiorgio qalu li m’humiex ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

L-akkużi fost l-oħrajn huma:

  1. L-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia li ġġib magħha sentenza ta’ għomor fil-ħabs
  2. L-isplużjoni li wasslet għall-mewt tagħha
  3. Il-pussess ta’ splussivi li jista’ jwassal għal sentenza ta’ 12-il sena ħabs.
  4. Pjan bl-għan li jitwettaq qtil li jwassal għal sentenza sa 40 sena ħabs.

11.00am – Bħalissa għadha qed tinqara l-Att ta’ Akkuża. Alfred Degiorgio jinsab fl-Awla fuq wheelchair akkumpanjat minn tabib… ħdejh hemm George Degiorgio.

10.43am – Tinqara l-Att ta’ Akkuża – omiċidju volontarju ta’ Daphne Caruana Galizia. Isir rakkont ta’ x’ġara dakinhar tad-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia. Akkużati li fis-16 ta’ Ottubru tal-2017 ikkaġunaw il-mewt tagħha. Fl-akkuża nqara kif partijiet mill-ġisem ta’ Caruana Galizia, meta splodiet il-bomba, spiċċaw taru ‘l barra mill-karozza.

10.40am – Il-ġurati magħżula jieħdu l-ġurament.

10.39am – L-Imħalled qalet li l-Qorti tiċħad ir-rikors li sar mill-Avukati biex il-ġuri jiġi pospost.

10.36am – Jintgħażlu l-ġurati kollha – erba’ nisa u ħames irġiel u ħamsa riżervi.

9.43am – Jibdew jidħlu l-ġurati fl-Awla.

9.42am – Alfred Degiorgio wieġeb ‘mhux ħati’.

9.41am – George Degiorgio, meta mistqosi jekk hux ħati, iwieġeb ‘m’għandix xi ngħid’. Għalhekk il-Qorti tqis li daqsliliku huwa wieħeb mhux ħati.

9.40am – Il-Maġistrat qalet li mInħabba l-kundizzjon medika ta’ Alfred Degiorgio huwa għandu jkum akkumpanjat u sorveljat għal 24 siegħa kuljum minn tabib u nurse.

9.35am – Hija kompiet tgħid li l-Qorti sabet ruħha b’idejha marbutin u setgħet tagħmel dak li l-liġi tagħtiha s-setgħa li tagħmel – cioe l-Qorti stess kella taħtar hi Avukat għall-akkużati. Il-Qorti qalet li dawn l-Avukati għandhom ikomplu jassistu lill-akkużati u fl-eventwalita li l-ilment tagħhom jiġi milqugħu, il-Qorti tiddikjara li tieqaf minnufih mis-smiegħ tal-Ġuri.

9.31am – L-Avukat Ġnerali ddikjara li m’għandu xejn xi jwieġeb għall-verbal. Il-Maġistrat semgħet dan kollu u tirrileva l-liġi stess timponi terminu li fih l-akkużat huwa mgħoti dritt jipprepara d-difiża tiegħu f’20 jum. Il-Qorti tista’ testendi, il-Qorti filatt estendiet it-terminu b’iktar mid-doppju taż-żmien konċess. L-Imħallef qalet li f’dan il-ġuri kien hemm żmien biżżejjed biex l-akkużati jħejju d-difiża tagħhom.

9.30am – L-Avukat tal-aħwa Degiorgio talab formalment direzzjoni minn din il-Qorti jekk fil-fehema tagħha il-perjodu ta’ 40 ġurnata kienx bizzejjad sabiex huma jkunu jistgħu jespletaw sewwa u kif trid il-liġi l-inkargu mogħti mill-Qorti stess.

9.24am – L-Avukat Stafrace qal li hemm hard disk bil-provi awdjo viżivi 77,000 file total ta’ aktar minn 400gb. Fuq kalkolu ta’ 24 siegħa kuljum mingħajr irqad u mingħajr ebda xogħol ieħor ifisser li kellhom jinfetħu u jkunu ezaminati 1,900 file kuljum awdjo viziv u 275 paġna tal-voluni traskritti/ritratti/rapporti – madwar 2,000 file kuljum. Dan jikkonprendi biss ftuħ u qari mingħajr ezami bir-reqqa tal-kontenut. Il-Prosekuzzjoni ilha snin tibni l-każ u taf bir-reqqa kull prova miġbura u prodotta u kellha il-ħi kollu biex tezamina uffiċċju sħiħ bl-Avukat Ġenerali jassisti. l-Avukati jifhmu li l-Qorti kellha iktar minn 40 ġurnata bietx tipprepara ruħha għal dan il-ġuri bl-istaff kollu jassisti.

9.21am – L-Avukat Simon Micallef Stafrace informa lill-Qorti li dalgħodu ġie ppreżentat rikors b’urġenza biex il-ġuri ma jinstemax illum u sa issa għad ma ngħatatx ebda digriet mill-Qorti kostituzzjonali. Il-Qorti tiddikjara li kif ikun hemm ordni mmill-Qorti biex jitwaqqaf il-ġuri, dan ma jitkomplix skont dik l-ordni.

9.21am – L-Imħallef Edwina Grima tidħol fl-Awla.

9.15am – Jaslu fl-Awla l-aħwa Degiorgio – wieħed minnhom jibda jitkellem u jgħid kliem dispreġjattiv fil-konfront tal-Qorti u ta’ Malta.