Hekk kif il-Ħamis tkompla l-Kampjonat tal-Veterani organizzat mill-Veterans Malta Football Association, it-tim tal-MFPA kisbu t-tieni rebħa tagħom minn daqstant partiti meta b’faċiltà kbira għelbu lil Birkirkara St. Helen bl-iskor kbir ta’ 9-1. Din ir-rebħa żżommhom fl-ewwel post b’sitt punti daqt Żejtun Red Stars.
Il-gowls tal-MFPA waslu minn dopppjetta kull wieħed ta’ Mark Barbara u Thomas Paris u gowl kull wieħed ta’ Manuel Sevasta, Jonathan Bondin, Stephen Wellman, William Borg u Alexander Ribic.
Trevor Cilia skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Birkirkara St Helen.
L-istorja fil-logħba bejn Pietà Hotspurs u Luxol St. ANdrews kienet kompletament differenti hekk kif din kienet logħba bbilanċjata għall-aħħar anke kif jixhed l-iskor ta’ 3-3.
Pieta’ skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ Leandros Calleja, Lawrence Vella u Mario Crupi bit-tim minn St Andrews jiskorja permezz ta’ Oleg Rybin, Michael Galea u Luke Satariano.
//= $special ?>