Kuċċarda li faqqset fil-Finlandja aktar kmieni dan is-sajf u li kienet qed tiġi segwita permezz tal-GPS bħala parti minn proġett ta’ riċerka post-dottorat li kien qed jistudja x-xejriet tal-passa tal-Kuċċard, tniżżlet b’tiri ta’ senter nhar is-Sibt viċin irRabat, Malta. Investigazzjoni mill-Environmental Protection Unit (EPU) tal-pulizija, assistita minn uffiċjali ta’ BirdLife Malta b’kollaborazzjoni ma’ riċerkaturi xjentifiċi bbażati fil-Ġermanja u l-Finlandja, wasslet biex jiġi identifikat il-post eżatt fejn kien jinsab l-għasfur maqtul, u b’hekk setgħet tiġi rkuprata l-karkassa ta’ din it-tajra tal-passa.
Fi stqarrija Bidlife Malta qalet li l-ferħ ta’ Kuċċarda, speċi protetta, kienet tifforma parti minn proġett immexxi mirriċerkatriċi Elham Nourani mill-Max Planck Institute of Animal Behavior u s-Centre for the Advanced Study of Collective Behaviour fil-Ġermanja. Intitolat “Ontogeny of soaring flight”, l-istudju qed jinvestiga x-xejriet tal-passa ta’ frieħ li jħallu lFinlandja u l-Iżvizzera u jekk l-għasfar żgħar isegwux lill-adulti, lil xulxin, jew inkella sempliċiment joqogħdu fuq l-istint naturali u l-esperjenzi tagħhom stess. B’kollox 25 għasfur mill-Finlandja twaħħlitilhom tag tal-GPS mir-riċerkaturi Patrik Byholm u Wolfgang Fiedler, bl-għajnuna ta’ Teemu Honkanen u bird ringers oħra lokali, waqt li sitt għasafar oħra twaħħlilhom GPS tracker mis-Swiss Ornithological Institute tal-Iżvizzera. L-istudju jikkumplimenta inizjattivi oħra simili mmexxija minn Byholm matul is-snin u li qed jitfgħu dawl fuq il-vjaġġi spettakolari li jagħmlu dawn l-għasafar.
Matul Settembru u Ottubru naraw numru mdaqqas ta’ Kuċċard ipassi minn fuq Malta, b’ħafna minn dawn it-tajr ikunu frieħ fuq l-ewwel passa tagħhom lejn innaħa t’isfel tal-kontinent fi triqithom lejn l-Afrika. Waqt il-passa tar-rebbiegħa lura lejn l-Ewropa, din l-ispeċi tkun osservata f’numri inqas lokalment bejn l-aħħar t’April u Mejju b’ħafna għasafar jagħżlu vjaġġ inqas diffiċli, billi jaqsmu l-aktar minn fuq l-art bi ftit baħar, bħalma huma l-passaġġi dojoq ta’ ilma bejn it-Tuneżija u Sqallija. L-għasafar iqattgħu l-ewwel snin tagħhom fl-Afrika tropikali jew subtropikali u jirritornaw biss fl-Ewropa bħala adulti. L-adulti, imbagħad, jagħmlu l-vjaġġ annwali bejn is-sjuf fl-Ewropa u x-xtiewi f’postijiet ferm fin-Nofsinhar, fosthom saħanistra l-Afrika t’Isfel. Bis-saħħa tar-rekords miġbura mill-bird ringing, nafu li l-għasafar li jpassu minn fuq Malta joriġinaw mill-Awstrija, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Polonja u l-Iżvezja.
Il-Kuċċarda Finlandiża twieldet fil-limiti tal-belt ta’ Turku fil-Lbiċ tal-Finlandja fejn twaħħlilha ċurkett u apparat tal-GPS waqt li kienet għadha fil-bejta, f’ħabitat tipiku tal-foresta. Lejn nofs Settembru, l-għasfur tal-priża beda l-vjaġġ tiegħu ’l isfel. Lewwel qasam il-Baltiku lejn il-Latvja u mbagħad kompla jpassi minn fuq ilLitwanja, Kaliningrad, il-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, il-Kroazja u l-BożnijaĦerzegovina. Imbagħad qasmet l-Adrijatiku u waslet fil-peniżola Taljana biex
kompliet lejn in-naħa t’isfel ta’ Sqallija, fejn waqfet għal ftit jiem ta’ mistrieħ filforesta-riserva ta’ Santo Pietro. Fit-8 ta’ Ottubru ħalliet Sqallija għall-ħabta tal11:30am biex qasmet il-Mediterran Ċentrali u waslet Għawdex għall-ħabta tat-3:30pm. Minn hemmhekk ivvjaġġat fid-direzzjoni tan-Nofsinhar lejn il-Buskett. Birdwatchers ibbażati fil-Buskett lemħu l-għasfur bejn wieħed u ieħor fil-5pm.
L-istqarrija tkompli tgħid li informazzjoni preċiża mill-apparat tal-GPS tal-għasfur li waslet għand BirdLife Malta wara li sar kuntatt mar-riċerkaturi ma damitx ma qanqlet dubji dwar ilbenesseri tal-għasfur li ma baqax jiċċaqlaq fuq l-inħawi ta’ Ġnien il-Kbir barra rRabat, ftit mijiet ta’ metri ’l bogħod mill-Buskett, li huwa Santwarju tal-Għasafar. Aktar tagħrif dwar il-movimenti tal-għasfur imbagħad ġiet mgħoddi lill-uffiċjali talEPU u dan wassal għas-sejba tiegħu fi ġnien ta’ dar privata fejn l-għasfur niżel wara li sparawlu. Eżami post-mortem li sar mill-veterinarji kkonferma l-preżenza ta’
ċomb oħxon fil-ġisem tal-għasfur bħala l-kawża tal-mewt tiegħu.
F’kummenti dwar l-avvenimenti li wasslu għall-qtil ta’ wieħed mill-għasafar li kien qed jistudja l-proġett, il-kap tal-proġett Dr Elham Nourani qalet: “Fil-verità ma tantx kont naf dwar Malta sal-lum. Huwa tal-għaġeb kif speċi protetta bħalma hija l-Kuċċarda għadha tiġi kkaċċjata illegalment fi Stat Ewropew. L-ebda wieħed millgħasafar kollha li qed insegwu bil-GPS ma kellu problemi biex jasal fil-kontinent Afrikan ħlief dan ta’ Malta, u għasfur ieħor li waqaf jittrażmetti fuq Ċipru.” IlKuċċarda maqtula hija waħda minn tnejn b’tag tal-GPS li passew minn fuq Malta din il-ħarifa. Għasfur ieħor li ġie GPS-tracked mill-istess inħawi għadda minn fuq pajjiżna bla problemi fl-għodwa tas-16 ta’ Settembru. Dan l-għasfur wasal filGżejjer Maltin kmieni fil-ġurnata u wara li qatta’ inqas minn siegħa jittajjar fuq
Malta kompla bil-vjaġġ tiegħu, u wasal il-Libja l-għada filgħodu. L-għasfur bħalissa jinsab fin-Niġer.
“Ix-xjenza tat-telemetrija tipprovdi tagħrif minn ħafna aspetti,” ikkummenta l-Kap tal-Konservazzjoni ta’ BirdLife Malta Nicholas Barbara. “L-ewwel nett, turi kif ilqagħda ta’ Malta f’nofs il-Baħar Mediterran tipprovdi post ta’ mistrieħ li hu kruċjali għal għasafar bħal dawn li jpassu daqstant fit-tul, bi tnejn mill-25 għasfur li ħallew il-Finlandja jgħaddu minn Malta. It-tieni, turi kemm hi gravi llum il-problema talkaċċa illegali – għax jekk noqogħdu fuq dawn in-numri – waħda minn żewġ Kuċċardiet mill-Finlandja inqatlu f’dan l-istaġun tal-ħarifa. It-tielet, turi kemm hu importanti u kruċjali li jkun hemm curfew fuq il-kaċċa waranofsinhar biex jitnaqqas il-qtil illegali ta’ dawn l-speċi – għasafar li jaslu Malta tard fil-ġurnata jqattgħu l-aħħar sigħat tal-jum ifittxu post fejn jistrieħu u dan huwa l-ħin li matulu jkunu l-aktar vulnerabbli biex jinqatlu.”
Barbara kien qed jirreferi għal curfew fuq il-kaċċa wara t-3pm li kien jiġi infurzat f’dan iż-żmien tas-sena sal-2013, meta l-gvern neħħa dan il-curfew u beda jippermetti l-kaċċa sas-7pm – ħin ineffettiv għall-aħħar, għax il-ġurnata tkun kważi
waslet fi tmiemha. Il-curfew kien tneħħa biex jiġu kkuntentati l-kaċċaturi wara loppożizzjoni qawwija għal dan il-curfew fis-snin ta’ qabel. It-tagħrif miġbur millapparat tal-GPS ta’ dan l-għasfur fil-fatt juri li l-għasfur tniżżel bejn wieħed u l-ieħor fis-5:45pm, inqas minn siegħa wara li kien osservat jittajjar fil-baxx fil-Buskett.
Il-Kuċċarda Finlandiża maqtula hija l-uniku każ konfermat għax kien hemm żewġ każi oħra simili li seħħew f’Malta tul l-aħħar ġimgħat. Aktar kmieni dan ix-xahar tag tas-satellita ta’ Avultun Abjad mill-Italja b’mod mill-aktar misterjuż spiċċat fuq lart wara li nġarret mill-baħar mingħajr l-ebda traċċa tal-għasfur, waqt li Arpa li wkoll kellha tag tas-satellita sparixxiet – ukoll b’mod mill-aktar misterjuż – wara li ħalliet in-Nofsinhar ta’ Sqallija aktar kmieni f’Settembru. Iż-żewġ għasfar, it-tnejn li huma oriġinaw minn proġetti ta’ konservazzjoni u riċerka fl-Italja li BirdLife Malta kienet f kuntatt magħhom.
Tajr tal-priża u b’mod speċjali speċi skarsi, rari jew ikkuluriti jispiċċaw fil-mira talkaċċa illegali f’Malta għal skop ta’ bbalzmar. Bidla li saret dan l-aħħar fil-liġijiet millMinistru tal-kaċċa Clint Camilleri qabel l-elezzjonijiet ġenerali ta’ Marzu li għadda qed tippermetti lill-kaċċaturi li jiskambjaw bla xkiel bejniethom għasafar f’kollezzjonijiet ta’ tajr ibbalzmat, u b’hekk qed tinħoloq aktar domanda għal speċi bħal dawn. Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana żied jgħid: “Huwa ċar li s-sitwazzjoni attwali f’Malta b’rabta mal-kaċċa illegali u l-liġijiet maħluqin apposta biex jippermettu l-iskambju ta’ kollezzjonijiet ta’ għasafar ibbalzmati qed ikollhom impatt dirett fuq parti kbira mill-għasafar li jiġu mill-Ewropa. Waqt li ħafna pajjiżi qed jippruvaw jitgħallmu aktar dwar l-għasafar bl-iskop li jgħinuhom,
pajjiżna jippermetti li jkompli l-qtil illegali tagħhom. Dan hu tal-mistħija u imbarazzanti, u hemm bżonn li l-mexxejja tagħna jindirizzaw din il-problema millaktar fis. BirdLife Malta se tikkopera bis-sħiħ. Dan mhux l-ewwel każ fejn għasfar li jkunu s-suġġett ta’ proġetti ta’ konservazzjoni u riċerka litteralment jispiċċaw maqtula jew jisparixxu f’Malta. Il-mistoqsija hi x’qed nagħmlu bħala pajjiż biex niżguraw li każ bħal dan ma jerġax iseħħ.”