Lokali

AĠĠORNATA: Mara titlef ħajjitha wara li ntlaqtet minn mutur f’Birkirkara

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Mara ta’ 72 sena tilfet ħajjitha traġikament wara li ntlaqtet mutur f’Birkirkara.

Il-każ seħħ fi Triq il-Wied għall-ħin ta’ nofsinhar meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma, residenti n-Naxxar, ntlaqtet minn mutur tal-għamla Honda misjuq minn żgħażugħ ta’ 22 sena mill-Mosta.

Kaġun tal-ħabta l-mutur saħansitra baqa’ jitkaxkar sakemm daħal taħt karozza misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti x-Xewkija, Għawdex.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-anzjana l-Isptar Mater Dei, madanakollu minkejja l-isforzi kollha tat-tobba u l-professjonisti tas-saħħa…il-mara tilfet ħajjitha.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret inkjesta.

Fortunatament is-sewwieqa ma ġarbu ebda ġrieħi.