Mass for Peace, kunċert b’mużika kontemporanja u anke mużika klassika, b’messaġġ qawwi għall-paċi fid-dinja – kunċert li se jitwassal il-Ħadd li ġej, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mark Agius.
Is-St Paul Metropolitan Orchestra – magħmula minn 65 element – se tippreżenta dan il-kunċert, flimkien ma’ 3 korijiet. Wieħed minn dawn il-korijiet huwa Pollakk u ġej f’pajjiżna propju biex jagħmel parti minn dan l-avveniment.
Huwa qal li x-xogħol huwa wieħed sagru mibni fuq il-liturġija tal-knisja iżda b’mużika kontemporanja li żgur se tolqot lill-udjenza li se tattendi għal dan il-kunċert.
It-titlu ta’ dan il-kunċert jirrifletti karba għall-paċi fid-dinja.
Dan il-kunċert se jsir nhar il-Ħadd li ġej fis-7:30 ta filgħaxija fil-Katidral tal-Mdina. Il-qliegħ minn dan il-kunċert se jmur għall-Malta Community Chest Fund.
//= $special ?>