.
L-attur veteran Robbie Coltrane, li jinterpreta r-rwol ta’ Hagrid fil-films ta’ Harry Potter, miet fl-etá ta’ 72sena.
Hu miet l-isptar viċin ta’ Falkirk fl-Iskozja, u meta bħalissa ħafna atturi kontemporanji qegħdin jiftakruh bħala ‘talent uniku li kien iferraħ lit-tfal u lill-adulti madwar id-dinja’.
Coltrane kien ukoll famuż għall-karattru tiegħu fid-drama tad-detektivs Cracker tal-ITV kif ukoll għall-partijiet fil-films ta’ James Bond ‘Goldeneye’ u ‘The World is Not Enough’.
//= $special ?>