Futbol Sport

Żewġ gowls ta’ Toney jagħtu rebħa lil Brentford fuq Brighton

Brentford saħħew posthom fit-tmien post tal-klassifika meta f’darhom huma għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-0. Huma fetħu l-iskor fis-27 minuta meta Frank Onyeka għadda tajjeb lejn Ivan Toney li bit-takkuna xeħet wara l-goalkeeper ta’ Brighton għal 1-0. Brentford ingħataw penalty fit-62 minuta meta Joel Veltman deher iwaqqa’ lil Ivan Toney fil-kaxxa, bl-attakkant Ingliż mill-ħdax-il metru ma jiżbaljax għal skor finali ta’ 2-0.

Riżultat

Brentford v Brighton 2-0