Lokali

“Il-PL m’għadux il-Partit tal-ħaddiema iżda sar jirrappreżenta biss l-interessi tal-businesses”

“Illum il-ġurnata l-Partit Laburista m’għadux il-Partit tal-ħaddiema iżda sar jirrappreżenta biss l-interessi tal-businesess.”

Kliem l-eks Kunsillier u attivist Laburista Desmond Zammit Marmara li wara tant snin ta’ ħidma fi ħdan il-Partit Laburista, ħabbar li telaq mill-Partit hekk kif ma ġeddiex t-tesseara tiegħu.

F’artiklu li kiteb fit-Times bit-titlu ‘Quo Vadis, Labour Party’ huwa jistqarr li ta’ kuljum isaqsi lilu nnifsu kif pajjiżna sar wieħed tal-mistħija. Huwa qal li xorta għadu jqis lilu nnifsu bħala Laburist hekk kif għadu qed jittama f’dik il-ġurnata fejn jerġa’ jħossu parti mill-Partit Laburista. Izda l-ideologija li qed imexxi llum l-Partit, m’għadux iħossu parti minnha hekk kif din ma tirriflettix dak li kien jemmen fih qabel.

Huwa kien kritiku ferm tat-tmexxija tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat fejn kellu t-tama li taħt il-Prim Ministru attwali Robert Abela l-affarijiet kienu se jinbidlu… iżda dan ma seħħx.

Zammit Marmara tkellem ukoll dwar il-korruzzjoni hekk kif ġimgħa wara ġimgħa, il-poplu dara li jkunu żvelat każi ġodda ta’ korruzzjoni hekk kif din issa saret prassi.

Huwa kiteb dwar kif membri mill-Cabinet ta’ Robert Abela kif ukoll backbenchers iddiżappunataw lil bosta għall-mod kif trattat lill-kostitwenti tagħhom kif ukoll lill-pubbliku inġenerali fosthom fil-każ tad-daqq tal-mużika fil-Belt Valletta.

Huwa ma naqasx milli jikteb dwar l-ambjent ta’ madwarna hekk kif il-Labour kemm-il darba tkellem dwar kemm dan is-settur kien wieħed ta’ prijorita għalih… iżda llum l-ġurnata qed joħorġu numru ta’ permessi biex jeġevolaw biss lill-kbarat.

Desmond Zammit Marmara semma wkoll il-mudell ekonomiku li qed iħaddan il-Gvern Laburista… dik tal-ħaddiema barranin kif ukoll il-problema dejjem tikber tat-traffiku f’pajjiżna.