Matthias Mizzi
MOSTA……………3
VALLETTA………..1
Mosta: E. Akpan, R. Briffa (N. Agius 76’), C. Ememe (K. Johnson 76’), D. Bonnici (L. Precious 76’), C. Failla, B. Diarra, T. Farrugia (S. Kingue 25’), M. Chidera, E. Acheampong (P. Mensah 66’), J. Vassallo, R. Ekani
Valletta: A. Guarnone, J. Borg, T. Caruana, S. Dimech (F. Cheversean 59’), O. Akpoveta, C. Gauci, E. Pena Beltre, B. Paiber, L. Cremona (A. Zammit 46’), E. Sala, K. Bevis
Imwissija: A. Guarnone 45 +2’ (VLT), O. Akpoveta 66’ (VLT), E. Sala 75’ (VLT), E. Sala 86’ (VLT), J. Borg 89’ (VLT)
Imkeċċi: E. Sala 86’ (VLT)
Skorjaw: M. Chidera 49’ (MST), R. Briffa (MST)53’, O. Akpoveta 84’ (VLT), M. Chidera 90+2’ (MST)
Referee: Darryl Agius
Assistenti Referees: Duncan Sultana & Shaun Calleja
Il-Mument Plejer tal-Logħba: Edwin Acheampong (MST)
BOV Plejer tal-Logħba: Boubakary Diarra (MST)
Wirja deludenti għall-aħħar mit-tim ta’ Valletta meta fl-Istadium Nazzjonali huma ġew megħluba minn Mosta li kienu superjuri matul id-disgħin minuta. Ta’ min jinnota li qabel dan il-konfront it-tim tal-kapitali kien ilu ma jiskurja mill-aħħar rebħa tagħhom kontra Pietà Hotspurs proprju f’ Awwissu li għadda. Min-naħa l-oħra xejn ma jrid inaqqas il-mertu għall-Mostin li f’kull partita qed ikollhom prestazzjoni mill-aqwa.
Fit-tlettax-il minuta Jean Borg fittex lil Killian Bevis b’pass preċiż fit-tul iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata tajjeb minn Akpan. L-istess Bevis reġa’ kien perikoluż ftit minuti wara biż-żagħżugħ Jake Vassallo qala’ l-ballun minn fuq il-linja. Qabel il-mistrieħ Edwin Acheampong qabeż plejer u ttanta xortih minn barra l-kaxxa b’xutt fil-baxx li spiċċa barra. Żewġ minuti wara Valletta nqabdu fuq kontrattakk b’ħarba ta’ Ekani li kien imwaqqfa minn ħarġa u foul ikrah ta’ Guarnone. Minn dan il-foul Guarnone faċilment seta’ dabbar it-tkeċċija.
Fit-tieni taqsima Mosta sarrfu l-isforzi tagħhom f’gowl meta fid-49 minuta Boubakary Diarra xeħet kross fil-baxx lejn Michael Chidera b’dan ma falliex mill-viċin. Il-Mostin komplew jamministraw il-partita biex fil-53 minuta l-istess Chidera dar tajjeb ma’ Guarnone, xuttja mill-viċin imma Triston Caruana salva l-ballun minn fuq il-linja fatali. Minuta biss wara l-ex plejer ta’ Valletta Roderick Briffa rdoppja l-iskor għal Mosta b’xutt mill-aktar b’saħħtu li ħalla lil Guarnone jħares. Il-Blues baqgħu għatxana għal iktar gowls biex fit-72 minuta Christ Ememe baqa’ għaddej bħal sajjetta minn bejn id-difensuri Beltin bil-konklużjoni tiegħu għaddietviċin. Seba’ minuti mit-tmiem ir-referee inkarigat Darryl Agius assenja penalty għal Valletta hekk kif Jake Vassallo deher iwaqqa’ lil Andrea Zammit fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru Brandon Paiber falla ċ-ċans imma mir-rebound Oke Akpoveta sab ix-xibka b’xutt b’saħħtu fil-baxx. Fil-ħin miżjud Mosta għalqu l-partita bit-tielet gowl meta Michael Chidera sab ruħu waħdu fil-kaxxa u mill-viċin ma falliex b’xutt ċentrali minn taħt Guarnone biex irreġistra d-doppjetta personali u temm ir-riżultat b’żewġ gowls favur il-Mostin.
//= $special ?>