Rugby Sport

Malta titlef l-ewwel logħba kontra l-Bulgarija

Malta…………………..14

Bulgarija ………….. 23

Malta bdiet l-impenji tagħha fil-Grupp Conference South 1 b’telfa fit-Tony Bezzina Stadium kontra l-Bulgarija bl-iskor ta’ 23-14.

L-iskor jista’ jinganna xi ftit għaliex il-Bulgari kienu għal kollox superjuri u bnew vantaġġ sostanzjali ta’ 23-0 biex fl-aħħar battuti tal-logħba l-Maltin għamlu l-iskor iktar rispettabbli b’żewġ tries u conversion.

Bulgari dominanti bil-plejer Debrenliev jiskorja tliet penalties fl-ewwel taqsima għal skor ta’ 9-0, biex lejn tmiem it-taqsima l-ewwel try u conversion minn naħa tal-Bulgari għal skor parzjali ta’ 16-0 sal-intervall.

Fit-tieni taqsima l-andament ftit inbidel bil-Bulgarija tagħmerl try u conversion oħra għal skor parzjali ta’ 23-0. Fl-aħħar ħinijiet tal-logħba l-ewwel try għal Malta permezz ta’ Liam Scicluna u conversion ta’ Chris Dudman u ftit wara try u conversion oħra minn Jethro Zammit Randich biex l-iskor sar iktar rispettabbli għal Malta, fejn issa l-Maltin jerġgħu jkunu fl-azzjoni nhar is-Sibt barra minn darhom kontra s-Slovenja.