Ħadd ma weġġa’ f’serqa li seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-għaxra f’ħanut fi Triq Wesgħet il-Vittmi tal-Gwerra, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, raġel ta’ 38 sena residenti Bormla u tfajla ta’ 16-il sena residenti l-Fgura. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>