SIRENS……..0
BALZAN…..0
It-tim immexxi minn Oliver Spiteri falla milli jitla waħdu fir-raba’ post meta fl-Istadium Nazzjonali kien miżmumfi draw ta’ 0-0 minn SIrens. Minn naħa l-oħra, Sirens ta’ Winston Muscat baqa’ fl-aħħar postijiet tal-klassifika u minn seba’ partiti għadu qed ifittex l-ewwel rebħa hekk kif għandu biss erba’ punti.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Sirens wara 22 minuta meta meta l-ewwel kien xutt angulat ta’ Wellington de Oliveira li kien parzjalment milqugħ minn Jonathan Debono, bil-ballun jerġa jiġi għand il-Brażilja li reġa prova tentattiv ieħor u għal darb’oħra Debono laqa’ tajjeb. Fis-36 minuta Balzan kienu mgħotija penalty għal foul tas-sostitut Marcelo Pereira fuq Angel Torres iżda dan tal-aħħar mill-11-il metru ra x-xutt tiegħu milqugħ mill-plejer tal-logħba Andrea Cassar.
Fit-tieni taqsima Balzan għafsu aktar biex isibu l-gowl u fit-68 minuta minn kross ta’ Ivan Brozovic, id-daqqa ta’ ras ta’ Ljubomirac kienet milqugħa b’diffikultà minn Cassar. Fil-81 minuta Ljubomirac reġa mpenja lil Cassar b’xutt b’saħħtu, bil-goalkeeper ta’ Sirens din id-darba jdawwar f’korner. Balzan baqgħu fuq l-offensiva u żewġ minuti wara id-daqqa ta’ ras ta’ Momcilo Raso mill-kross ta’ Bogdan Mladenovic għaddiet ftit barra.
Wara dan l-attakki ta’ Balzan fis-87 minuta kienu Sirens li setgħu marru fil-vantaġġ iżda sabu lil Debono attent li laqa tajjeb id-daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Gabriel Fernandes Ventura. L-iskor sat-tisfira finali baqa ma nfetaħx biż0żewġ timijiet ikollhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed.
Referee: Emanuel Grech
BOV Plejer tal-logħba: Andrea Cassar (Sirens)
//= $special ?>