Futbol Sport

De Assis jagħti t-tliet punti lil Gżira United

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Matthias Mizzi

GŻIRA UNITED…………1

FLORIANA………………0

Gżira United: D. Zarkov, G. Bohrer, L. Tabone, N. Muscat, S. Pisani (C. Gauci 72’), Z. Scerri, M. Dias, T. Kolega, M. Cosic, M. Maia (B. Borg 90’), J. De Assis (C. Riascos 82’)

Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend (L. Trillo 72’), O. El Hasni, Z. Cassar, K. Reid, A. Ciolacu (K. Nwoko 62’), J. Arias (M. Veselji 76’), E. Juarez, O. Spiteri, J. Busuttil (L. De Grazia 72’), A. Garzia

Imwissija: J. De Assis 32’ (GŻR), C. Gauci 76’ (GŻR), C. Gauci 90+2’ (GŻR). N. Muscat 90+4’ (GŻR)

Imkeċċi: C. Gauci 90+2’ (GŻR)

Skorjaw: J. De Assis 29’ (GŻR)

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti Referees: Duncan Sultana & Duncan Spencer

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Jefferson De Assis (GŻR)

BOV Plejer tal-Logħba: Jefferson De Assis (GŻR)

Gowl fl-ewwel taqsima mill-plejer tal-logħba Jefferson De Assis kien biżżejjed biex ta t-tliet punti lill-Maroons li temmew ukoll il-partita b’għaxar plejers. B’dan il-gowl De Assis ikompli jgawdi wkoll l-ewwel post fil-lista tal-aqwa scorers. Fuq in-naħa l-oħra Floriana amministraw il-maġġoranza tal-pussess imma ftit li xejn kienu effettivi fl-aħħar parti ta’ logħob.

Fl-erbatax-il minuta Gżira ngħataw penalty meta Kitanov deher iwaqqa’ lil Jefferson De Assis fil-kaxxa madankollu l-plejer inkarigat mill-istess penalty Maxuell Maia falla milli jiftaħ l-iskor. Għaxar minuti wara l-goalkeeper ta’ Gżira, Zarkov wettaq save brillanti fl-arja fuq xutt bid-dawra ta’ Keimar Reid minn barra l-kaxxa. Kontra x-xejra tal-partita, man-nofsiegħa logħob l-attakkant prolifiku Jefferson De Assis irnexxielu jdur bejn El Hasni u Owen Spiteri u b’xutt b’saħħtu fl-anglu għeleb għalkollox lil Kitanov.

Fit-tieni taqsima, proprju fil-53 minuta Kitanov reġa’ jsalva lil Floriana u jħallihom fil-partita meta De Assis jgħaddi minn ma’ Zachary Cassar iżda wiċċ imb’ wiċċ mal-gowler falla milli jikkonkludi. Wara din l-azzjoni, il-logħob miż-żewġ naħat kompla f’wieħed fjakk, b’Gżira aktar komdi bil-vantaġġ filwaqt li

Floriana dehru traskurati fl-azzjonijiet tagħhom. Kwarta mit-tmiem is-sostitut Kyrian Nwoko ttanta xortih mill-bogħod b’xutt li għadda viċin il-lasti. Sitt minuti wara, sforz il-pressjoni tal-Furjaniżi li jiskurjaw, De Grazia ttanta xortih mill-bogħod, liema konklużjoni għaddiet ‘il bogħod mil-lasti.

Żewġ minuti mill-ħin miżjud, Gżira sfaw jilagħbu bi plejer inqas meta s-sostitut Clive Gauci dabbar it-tieni karta safra għal foul fuq iż-żagħżugħ Aleandro Garzia. Fl-aħħar mumenti d-difiża ta’ Gżira baqgħet kompatta f’kull waqt biex huma rreġistraw tliet punti kruċjali li jżommuhom ma’ ta’ fuq fil-klassifika.