Tim mediku tal-ambulanzi u uffiċjali tal-Pulizija ġew imsejħa fiż-żona ta’ Kordin, f’Raħal Ġdid wara ġlieda bejn il-ġenituri waqt partita futbol tan-nursery bejn Valletta u San Ġwann.
Sosrsi li tkellmu ma’ Net News spjegaw li l-ewwel battibekki barra l-grawnd bdew wara li r-referee tal-partita keċċa żewġ plejers, fejn minnufih ġiet mitluba l-assistenza tal-Pulizija wara li allegatament saħansitra tgaraw xi ġebel.
Sussegwentament wara li kkalmaw l-irjus, bl-iskors parzjali kien dak ta’ 1-1….San Ġwann skorjaw il-goal tar-rebħa ta’ 2-1.
Hawnhekk jidher li l-argument reġa’ għaqad fejn allegatament saħansitra xi ġenituri niżlu għall-istess referee.
Fil-post ġiet imsejħa ambulanza madanakollu għadu mhux ċar jekk kienx hemm il-bżonn li xi persuni jittieħdu l-isptar għal aktar kura.
Filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet, aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>