Futbol Sport

Hibernians jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva

Rowen Camilleri

STA LUCIA………….2

HIBERNIANS………3

Sta. Lucia: M. C. Cremona, L. Soares, M. Johnson, A. Vaalport, D. Pacheco (N. Pulis 82’), D. Xuereb, J. Pisani, E. Camilleri (A. Moreno 65’), F. Farias, M. Alba (L. Ayad 60’), Z. Jie (R. Bairam 60’)

Hibernians: J. Haber, F. Apap (K. Shaw 78’), T. Aldama (Z. Grech 73’), J. Grech, J. Degabriele, B. Kristensen, D. Vella (A. Agius 73’), G. Artilles, O. Muritala, A. Diakite (G. Llerena 90’), R. Soares

Imwissija: M. C. Cremona 37’ (Sl), O. Muritala 79’, K. Shaw 87’ (H)

Skorjaw: A. Vaalport 5’, F. Farias 88’ (Sl), J. Grech 31’, 59’, J. Degabriele 64’ (H)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Edward Spiteri u Thomas Debono

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jake Grech (Hibernians)

BOV Plejer tal-logħba: Jake Grech (Hibernians)

Hibernians dawru telfa f’rebħa meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Santa Lucia 3-2. B’Santa Lucia jmorru minn fuq wara biss ħames minuti, dopjetta ta’ Jake Grech u gowl ta’ Jurgen Degabriele taw it-tielet rebħa konsekuttiva lil tal-pagun. Santa Lucia daħlu fil-partita fit-88 minuta iżda ma’ kienx biżejjed bit-tliet punti jmorru għand Hibernians.

Santa Lucia ħasdu lil Hibernians wara biss ħames minuti meta minn azzjoni personali AYTRON VAALPORT daħal fil-kaxxa avversarja u minn qagħda angulata spara fis-saqaf tax-xibka b’Justin Haber ma seta’ jgħamel xejn. Fit-12-il minuta Muritala minn quddiem Calleja Cremona ra lill-eks goalkeeper ta’ Hibernians jilqa’ tajjeb bid-difiża ttajjar il-periklu. Man-nofs siegħa logħob Hibernians ġabu l-gowl tad-draw meta wara korner ta’ Dunsta Vella, id-difiża tajret il-periklu bil-ballun jaqa quddiem JAKE GRECH li b’xutt mill-isbaħ ħalla lil Calleja Cremona jħares. Fis-36 minuta d-difiża ta’ Santa Lucia naqqset milli ttajjar il-periklu bil-ballun jispiċċa għand Muritala li prova x-xutt iżda sab lil Calleja Cremona attent li laqa tajjeb.

Fid-39 minuta Satna Lucia viċin meta Dexter Xuereb tefa’ pass fil-baxx lejn Rodrigues li minn taħt il-lasta għamel l-impossibli u tefa’ għoli. Fit-43 minuta azzjoni tajba bejn Dunstan Vella u Thaylor Aldama b’dan tal-aħħar jipprova xutt angulat li għadda ftit barra. Tmiem l-ewwel taqsima, parita ta’ 1-1.

Hibernians ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u saħansitra skorjaw fid-59 minuta meta minn kross ta’ Jurgen Degabriele JAKE GRECH daħal tajjeb u wara żewġ tentattivi rnexxielu jiskorja t-tieni gowl għal Hibernians u t-tieni tiegħu personali. Fl-64 minuta wasal it-tielet gowl Pawlist. Kien Muritala li bil-pass tiegħu żmarka tajjeb lil JURGEN DEGABRIELE li avvanza u minn quddiem Calleja Cremona ma żbaljax. Fil-71 minuta Ferdiando Apap jiżbalja fil-fażi difensiva Pawlista bil-ballun jieħdu Rodrigues li jqassam lejn is-sostitut Moreno li minn taħt il-lasta spara għoli. Il-Yellows kienu sfortunati fil-81 minuta meta minn free-kick dirett Diego Pacheco ra x-xutt b’saħħtu tiegħu jaħbat mal-mimduda. Fit-88 minuta Santa Lucia reġgħu daħlu lura fil-partita meta FRANSISCO FARIAS minn free-kick dirett għeleb lil Haber. Madankollu Santa Lucia ma rnexxielomx isibu gowl ieħor biex isalvaw punt u għalekk it-tliet punti ħaduhom Hibernians.