Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Vikings Sailing Club organizza r-regatta annwali tiegħu li fiha pparteċipaw iktar minn 150 parteċipant ta’ etajiet varji f’kategoriji differenti. Numru sabih minn dawn il-partecipanti hadu sehem fi tlielaq tad-dgħajjes tal-qlugħ ikbar.
It-tlielaq, mifruxin fuq is-Sibt u l-Ħadd 8 u 9 t’Ottubru saru il barra mill-Port il-Kbir, kemm fuq in-naħa ta’ Tas-Sliema fejn kienu qed isiru it tlielaq tad-dgħajjes żghar, kif ukoll ‘il barra minn Smart City fejn saru it-tlielaq tad dgħajjes tal-qlugħ kbir. Dawn it-tlielaq kienu taħt is-superviżjoni tal-veteran fl-ibburdjar Peter Dimech bl-assistenza tal-Commodore tal-Vikings Sailing Club Dr. Sandra Agius Darmanin u tal-Kaptan Joseph Degabriele, kif ukoll ta’ uffiċjali oħra minn clubs differenti. Dr. Agius Darmanin irringrazzjat lin-numru sostanzjali ta’ voluntiera li għenu sabiex din ir-regatta tkun suċċess. Din ir-Regatta ittellghat bl-ghajnuna ta’ Gauci Borda.
Meta tkellmet ma’ Net Sports, Dr. Agius Darmanin, filwaqt li rringrazzjat lill-parteċipanti kollha u lill-voluntiera qalet li b’kollox kienu qed jieħdu sehem erba clubs u assocjazzjoni tal-ibburdjar Maltin kif ukoll numru ta’ dgħajjes u crew barranin. Ghal numru ta’ partecipanti, din kienet l-ewwel esperjenza ta’ tellieqa filwaqt li oħrajn ilhom jieħdu sehem għal diversi snin f’dawn it-tip ta’ tlielaq kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Xi whud mill-partecipanti se jkunu qed jiehdu seħem fir Rolex Middle Sea Race li tibda nhar is-Sibt 22 ta’ Ottubru 2022.
Għall-premjazzjoni li saret quddiem il-Vikings Sailing Club f’Xatt it-Tiben, il-Furjana, attendew fost l-oħrajn il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-affarijiet marittimi, Ivan Castillo kif ukoll Michael Mifsud,Kap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta.
//= $special ?>