Illum jixxandar it-tieni programm SPORT EXTRA . L-edizzjoni 2022-2023 hija l-25 sena ta’ programm li żamm kostanti l-appuntament tad-dilettanti tal-isport fuq Net Television.
It-tieni programm li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘l quddiem it-tema principali hija l-waterpolo u dak kollu li nkiseb f’dawn l-aħħar xhur mit-timijiet Nazzjonali Maltin. Fl-ewwel parti intervisti mal-kowc tat-timijiet nazzjonali ta’ taħt is-16 u taħt id-19 il-sena ANTHONY FARRUGIA kif wkoll mal-kowc tat-tim Nazzjonali ‘A’ KARL IZZO.
Fit-tieni parti tal-programm, intervista mar-referees internazzjonali PETER BALZAN u RONNIE SPITERI dwar l-impenji internazzjonali li kellhom fid-diversi Kampjonati tal-FINA u LEN kif wkoll intervista mal-President tal-ASA, JOE CARUANA CURRAN.
Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.
//= $special ?>