Wara ġimgħa deludenti u telfiet kontra ċ-champions Milan fil-kampjonat u kontra Maccabi fil-UEFA Champions League, Juventus irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Torino fid-derby della Mole. Il-gowl rebbieħ ta’Juventus kien skorjat minn Vlahovic kwarta mit-tmiem meta Danilo niżżel bir-ras minn korner ta’ Cuadrado, b’Dusan Vlahovic ikun fil-post it-tajjeb biex tefa’ ġewwa.
Fil-partiti l-oħra, Monza wara żewġ rebħiet tilfu barra minn darhom kontra Empoli 1-0 bil-gowl ta Empoli wasal minn Nicolas Haas fil-11-il minuta filwaqt li Atalanta komplew jimpresjonaw u fil-Gewiss Stadium għelbu lil Sassuolo 2-1. Kienu n-Nereverdi li fetħu l-iskor fil-41 minuta permezz ta’ Georgios Kyriakopoulos iżda Mario Pasalic ġab id-draw għal Atalanta fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. Minuta mill-bidu tat-tieni taqsima Ademola Lookman skorja l-gowl tar-rebħa għal Atalanta.
Illum:
12:30 – Inter vs Salernitana
15:00 – Lazio vs Udinese
15:00 – Spezia vs Cremonese
18:00 – Napoli vs Bologna
20:45 – Verona vs Milan
//= $special ?>