Mietu talanqas ħamsa fost nirien li ħakmu kumpless ta’ ħabs magħruf għall-moħrqija tal-priġunieri u fost rapporti li ‘il fuq minn 60 spiċċaw midruba.
Fil-ħabs ta’ Evin, li jinsab f’Tehran, qed jinżammu numru kbir ta’ priġuniera politiċi u xi sorsi fl-Iran qalu li l-mejtin kapaċi jkunu ħafna aktar milli qed ikun irrappurtat. Ħarġu wkoll il-filmati dwar in-nirien telgħin mis-sit tal-ħabs u fejn anki nstemgħu l-isplużjonijiet minbarra t-tiri tal-armi.
L-Iran ilu l-ġimgħat iddominat bi protesti kontra l-Gvern wara li mietet mara li kienet arrestata mill-pulizija talli ma kenitx liebsa x-xalla tar-ras kif suppost. Dan meta l-familja tal-vittma qalu li hi kienet spiċċat imsawwta brutalment mill-pulizija u li huma, x’aktarx, li kkaġunawlha mewtha.
Għalkemm mhux magħruf jekk is-siwazzjoni fil-ħabs kenitx relatata mad-dimostrazzjonijiet kontra l-Gvern, dan jista’ ikun minnu peress li mijiet tad-dimostranti kienu spiċċaw ittrasferiti lejn dan il-kumpless, fl-aħħar jiem.
//= $special ?>

