F’Estadio Santiago Bernabeu :
Real Madrid 3 Barcelona 1
Fil-partita principali tad-disa’ ġurnata f’La Liga, Real Madrid kisbu t-tmien rebħa u fl-istess waqt Barcelona sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun. Fit-12 il-minuta kien KARIM BENZEMA li għeleb lil Marc Andre’ ter Stegen b’Real Madrid fil-vantaġġ. Minkejja reazzjoni minn Barcelona fil-35minuta Real Madrid irduppjaw meta minn pass ta’ Ferland Mendy kien FEDERICO VALVERDE li għeleb lil ter Stegen. 2 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess. Fit-83 minuta minn azzjoni ta’ Robert Lewandowski kien FERRAN TORRES li għeleb lil Andriy Lunin. Minuta fuq id-90 minuta għal foul ta’ Eric Garcia fuq Rodrygo, Real Madrid ingħataw penalty. Taħ l-istess RODRYGO li għeleb lil ter Stegen u success ieħor għal Real Madrid f’El Clasico fuq Barcelona.
//= $special ?>