Portugiża ta’ 22 sena nżammet taħt arrest preventiv wara li l-Ħadd filgħodu tressqet il-Qorti akkużata li daħlet f’pajjiżna 4 kilogrammi droga eroina.
Lara Alexandra De Melo Vital Tomas ġiet arrestata mill-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta matul il-jum tas-Sibt hekk kif kienet għada kemm waslet minn Pariġi.
Hija sabet lill-uffiċjali jistennewha wara li daħlet informazzjoni li setgħet kienet qed iġorr id-droga. Għaldaqstant kif saret it-tfittxija fil-bagalja tal-tfajla il-Pulizija sabu pakkett li kien fih id-droga u li kien jinsab moħbi f’qiegħ falz.
Id-droga laħqet mal-4 kilogrammi għal valur fit-triq ta’ €520,000.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia hija kienet akkużata fost oħrajn bi traffikar ta’ droga, liema akkużi l-Portugiża ċaħdet.
Filwaqt li hija ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest kellha wkoll l-assi tagħha friżati.
//= $special ?>