Futbol Sport

Pietà Hotspurs jiksbu l-ewwel rebħa u l-ewwel punti tal-istaġun

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Rowen Camilleri

ŻEBBĠUĠ R………..0

PIETÀ H………………1

Żebbuġ R: J. Azzopardi, S. Bugeja, L. Almeida, Y. Tonna (G. Mifsud 78’), S. Jankovic, C. Lokoli, E. Sanchez (T. Bartolo 39’), R. Vella (W. Santos 78’), A. Soto (G. Gesualdi 78’), S. Miloskovic, K. Bondin (A. Mizzi 59’)

Pietà H: S.Alampasu, S. Okoh, C. Bangura, A. Temitope, J. Ghio (K. Leonardi 84’), T. Agius (D. Zerafa 79’), L. Amadu (A. Camara 67’), A. S. Wismayer, Z. Leonardi, A. Ogunkpe, T. Yamaguchi

Imwissija: S. Bugeja 18’, A. Soto 55’, K. Bondin 55’, J. Azzopardi 62’, R. Vella 62’ (Ż), A. Ogungbe 31’, T. Yamaguchi 62’ (P)

Tkeċċa: T. Yamaguchi 72’ (P)

Skorjaw: S. Amadou 71’ (P)

Referee: Ezekiel Barbara

Assistenti Referees: James Muscat u Kurt Saliba

BOV Plejer tal-Logħba: Ojo Temitope (Pietà Hotspurs)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Ojo Temitope (Pietà Hotspurs)

Fl-ewwel partita fit-Tony bezzina Stadium, Pietà Hotspurs għelbu lil Żebbuġ Rangers 1-0 b’gowl fil-71 minuta mis-sostitut Sekou Amadou. Kienet partita kkaraterizzata minn episodji jaħarqu fejn b’kollox rajna mill-inqas seba’ karti sofor u tkeċċija, bi Pietà jispiċċaw b’10 minn nies hekk kif fit-72 minuta tkeċċa għalihom il-Ġappuniż Takuma Yamaguchi.

L-ewwel azzjoni perikoluża waslet minn Pietà meta Temitope rnexxielu jisraq il-ballun lil Miloskovic, bin-Niġerjan iqassam mill-ewwel ‘il quddiem lejn Latif li rnexxielu jaqbeż lil goalkeeper iżda hekk kif il-konklużżjoni tiegħu dehret destinata għax-xibka kien Shaun Bugeja li rnexxielu jaqla minn fuq il-linja. Fid-29 minuta minn azzjoni personali Clinton Bangura ta’ Pietà prova xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li għadda mħakkek mal-mimduda.Għalkemm Pietà bla dubju li kienu l-aħjar tim fil-pitch l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls.

Fit-tieni taqsima, Żebbuġ dehru aktar organizzati wara ħames minuti logħob Temitope reġa’ ġab lil Latif waħdu ma’ Azzoppardi iżda din id-darba falla t-tentattiv li jaqbeż lil goalkeeper ta’ Żebbuġ u dan ħadlu l-ballun minn siequ fil-ħin. Fis-56 minuta Yamaguchi inkariga minn free-kick minn tarf il-kaxxa bix-xutt tiegħu deher iddestinat għar-rokna tax-xibka iżda Azzopardi wettaq save mill-isbaħ u dawwar f’korner. Fil-71 minuta Pietà meritatament marru minn fuq meta kien free-kick mogħti minn Schembri Wismayer fil-kaxxa li sab lil Ogungbe li bir-ras tefa’ fil-kaxxa ż-żgħira u wara li Jamie Azzopardi ma’ ħatafx tajjeb il-ballun waqa’ f’saqajn is-sostitut SEKOU AMADOU li spara ġewwa. Wara ċ-ċelebrazzjonijiet ir-referee Ezekiel Barbara ura t-tieni karta safra lill-plejer ta’ Pietà Yamaguchi biex b’hekk il-Hotspurs kellhom jilgħabu l-aħħar 20 minuta bi plejer inqas. Minkejja l-isforzi ta’ Żebbuġ, l-iskwadra ta’ Rodney Bugeja baqgħet kompatta u l-iskor baqa’ ma nbidilx bi Pietà jiksbu l-ewwel rebħa u l-ewwel punti tal-istaġun.