Christopher Cassar
Naxxar…………….3
Zejtun……………..2
Naxxar: Y. Cini, K. Farrugia, M. Fenech, N. Pace Cocks, J. Suda, E. Ferreira, R. Cassar, J. Bajada, J. Azzopardi, R. Robinson, A. Ngaba Marshall
Zejtun: S. Mintoff, A. Abela, D. Agius, C. Borg, J. Brincat, C. Grech, F. De Oliveira Santos, C. Penha da Costa, N. Ghio, D. Xuereb, G. Azzopardi
Referee: Philip Farrugia
Naxxar kisbu rebħa ferm importanti fuq Żejtun biex ikomplu jiġġieldu għall-promozzjoni. Din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva għal Naxxar li bħalissa għaddejjin minn fażi tajba ħafna.
Naxxar fetħu l-iskor wara biss tliet minuti logħob, meta Blandon Robinson għola tajjeb fuq kross ta’ Pace Cocks u kkonkluda fix-xibka b’daqqa ta’ ras. Żejtun kienu ferm viċin il-gowl tad-draw żewġ minuti biss wara meta Penha da Costa niżżel ballun tajjeb fil-kaxxa ż-żgħira u għadda lejn Brincat, li iżda ra x-xutt tiegħu bid-dawra jgħaddi ftit barra.
L-isforzi ta’ Żejtun ġew ippremjati u kisbu l-gowl tad-draw fil-55 minuta, b’xutt angolat mill-isbaħ ta’ Santos de Oliveira minn tarf il-kaxxa l-kbira. Naxxar reġgħu marru minn fuq tliet minuti biss wara meta Robinson qassam lejn Jurgen Suda, li ma kellu ebda diffikulta’ li jsib ir-rokna tax-xibka.
Is-sostitut Farias Cerqueira għamilhom tlieta għal Naxxar, meta inqas minn minuta wara li daħal jilgħab, irċieva mingħand Bajada u għeleb lill-golwkiper b’xutt fil-baxx.
Żejtun fetħu l-partita beraħ fit-68 minuta b’xutt mill-ewwel ta’ Penha da Costa li ħasad lill-gowlkiper Cini. Żejtun komplew jippressaw biex jiksbu l-gowl tad-draw, iżda d-difiża ta’ Naxxar kienet dejjem attenta u l-iskor baqa’ ma nbidilx.
L-ewwel rebha għal Marsaskala
Marsaskala…………………………..3
Mtarfa……………………………….1
Marsaskala: D. Attard, C. Galea, E. Camilleri, A. Da Silva Oliveira, J. Spiteri, R. Winchester, A. Tenorio Viveros, D. Aquilina, T. Hili, J. Galea, N. Falzon
Mtarfa: JM Vella, J. Briffa, M. Zarb, B. Micallef, J. Ogunnupe, A. Farrugia, G. Mannino, O. Magro, D. Camilleri, M. Borg Bartolo, G. MicallefReferee: Slawomir Olucha
It-tim tal-qiegħ Marsaskala kisbu l-ewwel rebħa tagħhom dan l-istaġun, biex akkwistaw l-ewwel punti dal-kampjonat. Mtarfa dehru inferjuri għall-avversarji tagħhom u kellhom diffikultajiet kbar biex jikkordinaw fl-attakk.
Marsaskala fetħu l-iskor wara biss 7 minuti logħob meta Renold Winchester ħarab tajjeb fuq il-lemin, qabeż żewġ difensuri u anke lill-gowlkiper, u sab ir-rokna tax-xibka b’xutt minn angolu ferm diffiċli. Erba’ minuti wara reġgħu kienu Marsaskala li kellhom ċans tad-deheb li jiskurjaw, iżda l-pass ċentrali ta’ Tenorio Viveros lejn Winchester ġie imtajjar għal korner mid-difiża ta’ Mtarfa.
Marsaskala rduppjaw il-vantaġġ fit-33 minuta, meta l-gowlkiper Vella pprova jimblokka xutt ta’ Da Silva, iżda ma rnexxilux iżomm il-ballun, bil-ballun jispiċċa f’daqajn Tenorio Viveros minn distanza qasira ma falliex. It-tim liebes kollu oranġjo kabbru l-vantaġġ tagħhom għal tlieta fis-47 minuta, meta għal darb’oħra reġa’ kien Winchester li wara li rċieva pass preċiż mingħand Tenorio Viveros, ikkonkluda fix-xibka b’xutt fil-baxx.
Mtarfa rnexxielhom jiskurjaw gowl ta’ konsolazzjoni ftit minuti mit-tisfira finali, grazzi għas-sostitut Ebenezer Ayorinde li rebaħ ballun fil-kaxxa u kkonkluda għal ġewwa.
Riżultati:
Lija Athletic 2-0 Vittoriosa Stars
Naxxar Lions 3-2 Żejtun Corinthians
Marsaskala 3-1 Mtarfa
Mqabba 2-0 Qrendi