Lokali

“Se nkunu t-tarka sabiex inti jkollok kwalità ta’ ħajja aħjar”- Bernard Grech

“Se nibqgħu nissieltu għall-vera ġustizzja u libertà”

“Bhala Partit ahna għandna obbligu – obbligu li nkunu hemmhekk għal min qiegħed isofri, inkunu hemmhekk biex niġġieldu għal ġustizzja u libertà.. se nibqgħu nissieltu ħalli inti jkollok kwalità ta’ ħajja aħjar.”

Dan kien il-kliem tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt attività politika li saret il-Ħadd filgħodu fil-Kazin tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta, fejn fid-diskors tiegħu fakkar fl-għeluq tal-hames snin mill-qtil makabru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Huwa insista li għalkemm min kien involut fil-qtil tal-ġurnalista għamel minn kollox biex issiket il-ħidma tal-pinna tagħha, ħadd ma jistà jidfen il-kitba li wetqet u tiftix għall-ġustizzja u verita.

Bernard Grech irrefera għall-mod kif Robert Abela baqa’ għaddej bil-pjan tiegħu u ppubblika tliet abbozzi ta’ liġijiet mingħajr ma’ għamel ebda konsultazzjoni dwar il-protezzjoni tal-midja, il-ġurnalisti u d-dritt għall-informazzjoni f’pajjiżna.

Bernard Grech semma kif il-Partit Nazzjonalista neda proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-protezzjoni tal-media u tal-ġurnalisti, kif ukoll id-dritt għall-informazzjoni f’pajjiżna.

Huwa sahaq li l-Partit Nazjjonalista kompla jaħdem sabiex jiggieled l-gholi tal-hajja, billi beda l-process, sabiex tinfetaħ il-kawza tal-kontijiet tad-dawl u ilma. Għal dan il-Gvern irreagixxa billi qal li se jagħti lill-Poplu Malti u Għawdxi 8 ewro.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar ukoll li fil-ġranet li ġejjin il-PN se jkun qiegħed jipppublika dokument ta’ qabel il-Budget li fih se tkun inkluża il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna.

Huwa sahaq li l-Partit Nazzjonalista se jibqa jaħdem bi shih ghall-familji, il-ħaddiema, iz-zgħazagh u l-anzjani ghaliex jixirqilhom kwalità ta’ ħajja ahjar.