Raġel mill-Mellieħa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa stess.
Il-każ seħħ fil-kwarta tal-Ħadd filgħodu fi Triq Louis Wettinger meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li s-sewwieq ta’ 38 sena tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-konsegwenza li ħabat ma’ crash barrier.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>