Caritas Malta, entità li ilha taħdem ‘l fuq minn 38 sena f’pajjiżna inkluż ħidma ta’ prevenzjoni fl-iskejjel ma’ diversi studenti f’livelli varji.
Din il-ġimgħa Caritas bdiet CaritasFest, b’wirja ta’ tnedija mill-isbaħ fil-Kulleġġ ta’ San Mikiel f’Santa Venera.
Net News ħa l-kumment ta’ Anna Micallef, li taħdem fi ħdan Caritas bħala uffiċjal għal prevenzjoni fejn tatna iktar dettalji dwar din l-attività.
“Għall-ewwel darba Caritas ħasbet li tiġbor l-iskejjel kollha, biex matul din il-ġimgħa ngħaddu messaġġ pożittiv lill-istudenti, biex wieħed jgħix ħajja sana” – Anna Micallef
Josef Pace, Koordinatur għas-servizzi fil-Caritas jispjega l-għanijiet li għandhom jitlaħqu din il-ġimgħa permezz ta’ Caritas Fest.
“B’din il-CaritasFest aħna rridu nwasslu messaġġ li għalkemm jeżiżtu t-tentazzjonijiet għalkemm hemm l-isfidi, hemm ukoll opportunitajiet biex il-pjaċir, xorta jista’ jintlaħaq ‘il bogħod mit-tentazzjonijiet. Aħna nistgħu nieħdu gost mingħajr ma nweġġgħu aħna jew iweġġa’ ħaddieħor kaġun ta’ azzjonitna” – Josef Pace
Fil-kummenti li ingħatajna kompla joħroġ biċ-ċar li Caritas Malta għandha ħafna għal qalbha l-iżvilupp ħolistiku taż-żgħażagħ u għalhekk hija kommessa li tibqa’ timpenja u taġġorna ruħha skont il-ħtiġijiet kurrenti.
//= $special ?>