Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal fil-parlament li l-gvern se jkun qed jiġġieled miegħu nnifsu meta jgħid li se jiġġieled il-kriminalità organizzata għaliex dan hu l-istess gvern li kien hemm qabel. Il-kriminalità għandha kontroll bl-ordnijiet joħorġu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tant li l-kriminali ħassewhom komdi li joqtlu ġurnalista.
Hu qal li l-familja Caruana Galizia kellha tagħmel kawża biex jitneħħa l-ex uffiċjal tal-Pulizija Silvio Valletta mill-investigazzjonijiet u dan bla ma kien magħruf li kien viċin l-akkużat Yorgen Fenech.
Minkejja dan il-gvern iddefenda lil Valletta fil-qorti. Il-gvern għadu jikkontrolla l-istituzzjonijiet biex ma tkunx magħrufa l-verità. Il-fatti huma li l-ebda arresti ma saru dwar 17 Black, dwar il-Panama Papers, dwar Pilatus Bank, dwar Vitals u dwar każi oħra.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru Robert Abela kien il-konsulent tal-iktar Prim Ministru korrott inkluż kien preżenti u involut f’diskussjonijiet dwar il-maħfriet. Għalhekk ma nistgħux nieħdu lezzjonijiet mingħand Robert Abela.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern seta’ ħaseb qabel nhar il-Ġimgħa għaliex kien informat li kien hemm din il-problema; kien jaf ġimgħat qabel. Din is-sitwazzjoni kienet diġa qamet u kien hemm min qal li jkun aħjar jekk il-liġi tkun formolata aħjar. Il-PN hu favur din il-ġimgħa u għalhekk offra li jiddiskuti mal-gvern b’mod immedjat, sostna Karol Aquilina.
//= $special ?>