Sport

Għawm: Ella Fenech Attard b’żewġ rekords ġodda

Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq L-ASA organizzat l-ewwel Time Trial għall-istaġun 2022/2023. Disa klabbs ħadu sehem f’kompetizzjonijiet individwali u 35 relay biex b’kollox ħadu sehem 561 għawwiem fosthom 137 fil-kategorija tal-irġiel u 159 f’dik tan-nisa.

Apparti li kienu bosta għawwiema li għamlu l-aħjar ħin tagħhom, Ella Fenech Attard stabbiliet żewġ rekords ġodda ta’ Age Group B. L-ewwel rekord ġie stabbilit fil-100 metru Butterfly. Hija tejbet ir-rekord preċedenti li kienet stabbiliet fi Frar li għadda, ir-rekord il-ġdid huwa ta’ minuta 01:09,91 sekondi. Fenech Attard kompliet tiddistingwi ruħha b’rekord ieħor fl-Age Group tat-800 metru freestyle. Anke f’dan il-każ, hija kisret ir-rekord tagħha stess, stabbilit f’Marzu 2022 meta għamlet ħin ġdid ta’ 10 minuti :09,16 sekondi.

L-ASA se torganizza t-tieni Time Trials tal-istaġun f’Tal-Qroqq nhar is-Sibt 12 ta’ Novembru.