Internazzjonali

Ikomplu l-attakki fuq il-belt ta’ Kyiv

Wara li allegetament l-Iran tat drones lir-Russja biex jintuzaw fl-attakki kontra l-Ukrajna, issa jidher li l-Iran se tipprovdi wkoll missili lill-Kremlin.

Skont ufficjali tas-Sigurta Amerikani, ix-xahar li għadda l-Gvern Iranjan bagħat uffiċjali Russi biex isir il-ftehim dwar iktar provvista ta’ armi.

Aktar tard illum il-Ministru Ewropew għall-Affarijiet Barranin se jiddiskutu t-trasfermenti ta’ drones Iranjani lejn ir-Russja hekk kif hemm probabbilta li jaslu fi ftehim politiku dwar iktar sanzjonijiet relatati ma’ attivita bħal din.

Intant kmieni dalgħodu kien hemm serje ta’ attakki oħra fuq il-belt ta’ Kyiv. Il-forzi Russi attakkaw din il-belt għat-tieni darba f’temp ta’ ġimgħa hekk kif ftit qabel seħħ dan l-attakk deher drone itir fuq Kyiv.  

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-Ukrajna kollha qed tkun attakkata minn drones kamikaze kif ukoll permezz ta’ missili.